Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Kontroll aħjar


Ewropa li tikseb ir-riżultati - L-Applikazzjoni tal-liġi Komunitarja [COM(2007) 502 finali]

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni:
pdfбългарскиespañolčeštinadanskDeutscheesti keelελληικάEnglishfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarMaltiNederlandspolskiportuguêsromânăslovenčinaslovenščinasuomisvenska

EU Pilot

Il-Pilot EU ilu jopera minn April tal-2008 bil-għan li jipprovdi tweġibiet u soluzzjonijiet kompluti u malajr għal mistoqsijiet u problemi li jistgħu jinqalgħu waqt l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE, b’mod partikolari dawk imressqa miċ-ċittadini jew in-negozji, li jkunu jeħtieġu konferma dwar il-pożizzjoni fattwali jew legali fi Stat Membru.

Huwa ġie mfassal bl-iskop li jitjiebu l-komunikazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE jew dwar il-konformità tal-liġi ta’ Stat Membru mal-liġi tal-UE fi stadju bikri qabel jingħata bidu għall-proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE. Bħala regola ġenerali, kull fejn jista’ jkun hemm rikors għall-proċedura ta’ ksur, jintuża l-EU Pilot qabel ma l-Kummissjoni tieħu l-ewwel pass f’tali proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

Permezz tal-EU Pilot, il-mistoqsija jew l-ilment tiegħek jiġu eżaminati mis-servizz responsabbli fil-Kummissjoni u jiġu mgħoddija lill-awtorità fl-Istat Membru kkonċernat flimkien ma’ kwalunkwe mistoqsijiet jew indikazzjonijiet identifikati mis-servizz tal-Kummissjoni. Inti se tkun infurmat/a bil-miktub dwar il-fatt li jkun qiegħed jintuża dan il-metodu ta’ trattament għall-korrispondenza tiegħek. Ġiet stabbilita skadenza ġenerali ta’ 20 ġimgħa li fiha għandhom jingħataw ir-risposti (10 ġimgħat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u 10 ġimgħat għas-servizzi tal-Kummissjoni). Is-servizz tal-Kummissjoni se jinfurmak dwar l-evalwazzjoni tiegħu.

Ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dejta personali huma miżmuma – fil-kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali, aħna mhux se niżvelaw l-identità tiegħek jekk inti ma tkunx awtorizzajtna speċifikament biex nagħmlu dan.

Hawnhekk tista’ ssib l-aħħar evalwazzjoni tal-EU Pilot mill-Kummissjoni Ewropea (adottata fil-21.12.2011):
българскиespañolčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarMaltiNederlandspolskiportuguêsromânăslovenčinaslovenščinasuomisvenska
Anness:
English

Hawnhekk tista’ ssib l-evalwazzjoni tal-EU Pilot fl-ewwel sena ta’ operazzjoni tiegħu.
Ir-Rapport mill-Kummissjoni Ewropea.
pdfбългарскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarMaltiNederlandspolskiportuguêsromânăslovenčinaslovenščinasuomisvenska