Title of the document in the language of the document - European Commission

Navigation path

Additional tools

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text



Direttivi - definizzjonijiet


X'inhi Direttiva?

Direttiva Ewropea tiffissa l-għanijiet li għandhom jilħqu l-Istati Membri, u din tħalli f'idejhom il-mezzi biex jagħmlu dan. Tista' tkun indirizzata lil Stat Membru wieħed, lil diversi Stati Membri jew lill-Istati Membri kollha. Biex il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva jħallu effett fil-livell taċ-ċittadin, il-leġiżlatur nazzjonali għandu jadotta att ta' traspożizzjoni fil-liġi interna li jadatta l-liġi nazzjonali fir-rigward tal-għanijiet iddefiniti fid-Direttiva.

Din tipprovdi skadenza għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali: għat-traspożizzjoni, l-Istati Membri jgawdu minn flessibilità li tippermettilhom li jagħtu kont tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. It-traspożizzjoni għandha sseħħ fiż-żmien iffissat bid-Direttiva.

Id-Direttiva tintuża biex jiġu armonizzati l-liġijiet nazzjonali, speċjalment għat-twettiq tas-suq uniku (pereżempju, l-istandards dwar is-sigurtà tal-prodotti).


X'nifhmu b'"miżuri nazzjonali ta' implimentazzjoni"?

Dawn huma diversi testi adottati uffiċjalment mill-Istat Membru li jintegra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali tiegħu.

Kull test ikkomunikat lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea jiġi analizzat mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi żgurat li fil-fatt jimplimenta l-miżuri kollha meħtieġa bid-Direttiva f'dak l-Istat Membru.