Navigation path

Fix-xifer…

X’jagħmel il-FSE?

Il-Fond Soċjali Ewropew jappoġġa xogħlijiet, xogħlijiet ġodda u xogħlijiet aħjar billi jiffinanzja lil bosta eluf ta’ proġetti li jgħinu lil ħafna miljuni ta’ ċittadini tal-UE. L-iskop huwa wieħed wiesa’: minn ikkowċjar lil persuni li ilhom bla xogħol għal għajnuna lil dawk li jitilqu mill-iskola kmieni sabiex isibu l-ewwel xogħol tagħhom, għal taħriġ għal ħiliet ġodda, il-bini ta’ sistemi edukattivi aħjar, u għajnuna lil nies b’disabilità sabiex isibu xogħol xieraq. Il-FSE jgħinek issib ix-xogħol li trid, u tikseb it-taħriġ li teħtieġ għal futur aħjar.

Aqra kif il-Fond Soċjali Ewropew jgħin lin-nies bħalek biex isibu xogħol, u biex isibu xogħol aħjar.U ssib lil min għandek tikkuntattja f’pajjiżek biex tibbenefika mill-FSE.

Inti mobbli?Trid taħdem f’pajjiż ieħor fl-UE?Allura pprova l-Euro CV u sib possibbiltajiet ta’ xogħlijiet u taħriġ madwar l-Ewropa.

U inti tista’ ssir taf aktar dwar li l-Ewropa tista’ tagħmel għalik fuq Facebook.

Qed tippjana xi proġett li jagħti appoġġ lill-impjiegi jew lill-inklużjoni soċjali? Allura sib lil min għandek tikkuntattja f’kuntatt f’pajjiżek għal appoġġ mill-FSE.

L-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati li jużaw l-iffinanzjar tal-FSE sabiex jappoġġaw ix-xogħlijiet u l-inklużjoni soċjali jissejħu ‘benefiċjarji’. Dawn jinkludu servizzi pubbliċi tal-impjiegi; karitajiet li jaħdmu ma’ nies b’disabilità; u negozji li jfittxu ħiliet ġodda; fost bosta affarijiet oħrajn.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek trid tmexxi proġett li jappoġġja l-impjiegi jew l-inklużjoni soċjali, allura għandek tikkuntattja lill-awtorità nazzjonali tiegħek li tmexxi l-FSE sabiex tiddiskuti l-ideat tiegħek. Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom billi tagħżel il-pajjiż tiegħek mil-lista li tiftaħ ’l isfel fuq il-lemin.

Il-FSE qiegħed jiffinanzja għexieren ta’ eluf ta’ proġetti madwar l-Unjoni li jagħmlu differenza reali għall-ħajjiet ta’ miljuni ta’ individwi – b’kull individwu bl-istorja personali tiegħu x’jirrakkonta.Tista’ taqra dwar uħud minnhom hawnhekk.

U l-Paġni tal-Istampa u l-Midja fihom minjiera ta’ materjal ta’ sfond għalik, inkluż VNRs lesti biex jixxandru, intervisti u ritratti.

Aktar info f’

L-Awtorita għall-Immaniġġjar tal-Programm tal-FSE
L-Ufficcju tal-Prim Ministru
Id-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prijoritajiet
12, Triq San Pawl
Valletta CMR 02
Tel. +356 22001142
Fax. +356 22001141
e-mail: info.ppcd@gov.mt
Websajt: www.ppcd.gov.mt

Social Europe on Facebook