Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Għotjiet sabiex jiżdiedu l-impjiegi

13/03/2014

Mara qiegħda timla formola f’uffiċċju kontra l-qgħad
© Istock /slobo

F’Malta, 170 impjegatur jirċievu għotjiet mill-FSE għall-appoġġ tal-impjiegi bħala għajnuna biex jiġi pprovdut xogħol lil nies b’diżabilità u lil dawk m’għandhomx xogħol

F’Malta, fil-gżira ta’ Għawdex, il-gvern irrilaxxa fondi tal-FSE għall-Programm ta’ Għajnuna għall-Impjiegi, sħubija bejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) u min iħaddem. Madwar €1.9 miljun f’fondi Ewropej se jappoġġjaw diversi mijiet ta’ nies, nofshom nisa. Taħt l-iskema, l-impjegaturi sejrin jirċievu 50% tas-salarju bażiku u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal kull persuna li jimpjegaw, aktar jekk dawn ikollhom diżabilità.

Iċ-Chairman tal-ETC Alfred Grixti enfasizza kif, grazzi għal dawn il-fondi, 357 persuna issa daħlu fis-suq tax-xogħol. Huwa rrimarka wkoll li l-istatistika turi li l-perċentwal tan-nies li baqgħu jaħdmu wara li bbenefikaw minn din it-tip ta’ skema huwa ta’ aktar minn 70%. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal, “Dawn l-iskemi huma biss il-bidu. Il-viżjoni tal-gvern hija li jiffoka fuq il-kwalitajiet uniċi tal-gżira, jinħoloq ix-xogħol u tiġi riġenerata l-ekonomija.”