Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Valutazzjoni tal-kredenzjali tar-rispons għall-kriżi tal-FSE

14/05/2012

Teffej tan-nirien
© Istockphoto | ollo

Il-Kummissjoni ppreżentat rapport indipendenti intitolat ‘Evaluation of the reaction of the ESF to the economic and financial crisis’ (Evalwazzjoni tar-reazzjoni tal-FSE għall-kriżi ekonomika u finanzjarja).

Rapport ġdid għall-Kummissjoni Ewropea jivvaluta kif il-FSE għen lill-Istati Membri jindirizzaw il-kriżi.Ir-rapport juri li l-Programmi Operattivi tal-FSE kienu qegħdin iwieġbu u bbenefikaw minn simplifikazzjonijiet implimentati fl-2009.

Attivi skont id-disinn

Minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli li fihom wieħed jista’ jistenna qlib għal azzjonijiet passivi għal żmien qasir, l-infiq fuq miżuri politiċi attivi fis-suq tax-xogħol attwalment żdied matul il-kriżi.L-awturi jirrimarkaw li dan jista’ jkun dovut ħafna għall-FSE li jippromwovi miżuri attivi u jikkontribwixxi għal tibdil strutturali fit-tul fis-swieq tax-xogħol.Ir-rapport jagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għall-FSE, inkluż:aktar żvilupp tal-abilità ta’ reazzjoni malajr meta jkun hemm bżonn; l-eliminazzjoni bil-mod il-mod ta' miżuri relatati mal-kriżi meta dawn jistgħu jkunu ta’ impediment għal miżuri attivi li jiġġieldu l-qgħad strutturali fit-tul; u t-tisħiħ tal-fokus tal-FSE fuq miżuri strutturali u gruppi vulnerabbli.

Ħarsa lejn il-ġejjieni

L-awturi jirrakkomandaw ukoll li hekk kif ikun qed iseħħ l-irkupru mill-kriżi, il-FSE għandu jsaħħaħ it-titjib strutturali sabiex jappoġġa l-impjegabilità u l-inklużjoni soċjali.Għandu jiffoka aktar ukoll fuq it-tbassir tat-tibdil f’konformità mal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, pereżempju, billi jitjiebu l-kunċetti ta’ tagħlim tul il-ħajja u miżuri attivi tas-suq tax-xogħol.Suġġeriment ieħor huwa li jsir tbassir aħjar tal-ħtiġijiet għall-ħiliet futuri u li tingħata ħarsa għal forom innovattivi ta’ xogħol li jkunu qegħdin jevolvu li jistgħu jiġu appoġġati f’sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet futuri.