Navigation path

Edukazzjoni aħjar

Opportunità ta’ bidu ġdid

14/11/2012

Grupp kbir ta' studenti jistudjaw flimkien fil-klassi
© Istockphoto/Kristian Sekulic

Żgħażagħ żvantaġġati bbenefikaw minn proġett ta’ impjiegi ffinanzjat mill-FSE f’Malta

Il-proġett Embark for Life (E4L) għen lil 132 żgħażugħ/a li kienu qegħdin ifittxu xogħol jegħlbu l-ostakoli biex huma jsibu xogħol jew biex jiftħilhom opportunitajiet għal aktar taħriġ.Il-proġett iffoka fuq żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-24 sena li, għal raġunijiet varji, kellhom problemi biex isibu xogħol jew biex jibqgħu jaħdmu.B’appoġġ mill-FSE, huma ħadu sehem fi programmi edukattivi li jkopru suġġetti bħal komunikazzjonijiet, ħiliet għall-ħajja, saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u netwerking għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu xogħol.Korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li joffru ħiliet fil-hairdressing, maniġġ tal-ikel u użu tal-kompjuter ġew ipprovduti minn istituzzjonijet edukattivi, inkluż il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u t-Teknoloġija.Il-parteċipazzjoni għenithom itejbu l-prospetti tax-xogħol tagħhom u li jgħixu b’mod indipendenti bħala parti mill-komunitajiet tagħhom.Minn total ta’ 368 parteċipant, s’issa 132 sabu xogħol jew komplew jitħarrġu.