Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Kura aħjar għall-pazjent

22/08/2013

Qabla, omm u tarbija
© Istockphoto/ monkeybusinessimages

Malta tinvesti fil-ħiliet tal-ħaddiema tas-saħħa tagħha biex ittejjeb il-kura tal-pazjenti

Ommijiet ġodda u pazjenti li jmorru lura d-dar wara perjodu ta' rikoveru l-isptar dalwaqt sejrin jaraw livell ogħla ta' kura f'Malta.

Għadu kif beda proġett appoġġat mill-FSE ta' EUR 770 000 bil-għan li jħarreġ lill-infermiera u l-qbiela fil-proċess ta' 'ppjanar ta' rilaxx ta' pazjent mill-isptar'. It-taħriġ, li jinvolvi 'job-shadowing' u kors teoretiku, sejjer isir kemm lokalment kif ukoll fi sptarijiet tal-Irlanda ta' Fuq. L-ippjanar ta' rilaxx tal-pazjenti u l-kura sussegwenti se tfisser rikoveri iqsar fl-isptar u inqas riskji ta' ammissjoni mill-ġdid.

Il-Ministeru tas-Saħħa ta' Malta jemmen li dan sejjer iwassal għal ħaddiema tas-saħħa iktar professjonali, servizzi ta-saħħa aħjar u pazjent aktar sodisfatti.