Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Tellieqa kontra l-illitteriżmu

07/03/2013

Tellieqa cross country
© Istockphoto/Christopher Futcher

Il-Ġiżwiti jiġru maratona biex jiġġieldu l-illitteriżmu f'Malta

It-tim tal-maratona tal-Ġiżwiti u Ħbieb sejrin jimxu u jiġru fin-Nofs Maratona u fil-Walkathon ta' Malta sabiex itellgħu l-fondi sabiex ikissru ostakoli tal-illitteriżmu għal 1000 raġel u mara f'Malta. Il-flus miġbura sejrin jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' stampar mill-ġdid tat-Toolkit tal-Qari u l-Kitba bil-Malti Iċ-Ċavetta, li ġie żviluppat mill-Istitut immexxi mill-Ġiżwiti, Paulo Freire (PFI), u inizjalment iffinanzjat mill-FSE. It-toolkit joffri għajnuna għall-qari u l-kitba bil-Malti lill-adulti u liż-żgħażagħ b'livelli baxxi ta' litteriżmu u li qegħdin jiffaċċjaw esklużjoni soċjali u diffikultajiet biex isibu xogħol. It-toolkit aġġornat qiegħed jiġi offrut lil organizzazzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra l-illitteriżmu. Pauline Bartolo tal-Uffiċċju tal-Iżvilupp tal-Ġiżwiti qalet: "L-għan tagħna huwa li niffinanzjaw 1000 toolkit, li sejrin jippermettu lil 1000 adult jew żagħżugħ/a sabiex jiktbu u jaqraw. Huwa rigal sabiħ u siewi ħafna li sejjer jiftaħ dinja ta' opportunitajiet lil tant individwi."