Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Ngħaqqdu l-impjiegi u l-biodiversità

01/03/2013

Ħaddiem tal-forestrija
© Joze Pojbic

Rapport reċenti jistabbilixxi rabtiet bejn l-impjiegi u l-objettivi tal-biodiversità tal-Ewropa - u l-ħiliet il-ġodda li l-ħaddiema sejrin ikollhom bżonn biex dawn l-objettivi jkunu jistgħu jiġu sodisfatti.

Il-biodiversità tiddeskrivi l-varjetà tal-organiżmi ħajjin fuq il-pjaneta tagħna u l-bosta ekosistemi u ħabitats differenti meħtieġa biex dawn jiġu appoġġati. Il-preservazzjoni tal-biodiversità hija importanti minħabba li ladarba speċi ssir estinta, allura din tintilef darba għal dejjem - hekk ukoll il-benefiċċji li hija toffri. Mingħajr naħal sabiex idakkru l-ħxejjex, ir-riskju ta' nuqqasijiet ta' ikel huwa ogħla; it-telf tal-foresti u tal-artijiet mistgħadra jbaxxi l-kapaċità tas-sistemi naturali sabiex jirregolaw it-tibdil fil-klima; u l-estinzjoni ta' speċi ta' pjanti tnaqqas il-kapaċità tagħna li niskorpu sorsi naturali għal mediċini ġodda - kemm l-aspirina kif ukoll il-peniċillina jiġu min-natura. Madwar 25% tal-ispeċi Ewropej u 62% tal-abitati jinsabu f'riskju.

Għal din ir-raġuni, l-Istrateġija tal-Biodiversità tal-UE ppubblikata fl-2011 timmira li trodd lura dak li ntilef mill-biodiversità u tippreserva l-benefiċċji li dan il-kapital naturali joffri - kemm mil-lat ambjentali kif ukoll mil-lat ekonomiku, inkluż l-opportunitajiet ta' impjiegi. Ir-rapport tal-'objettivi tal-biodiversità tal-UE u s-suq tax-xogħol' jinvestiga kif l-isfida tal-preservazzjoni tal-biodiversità tista' toħloq ix-xogħol. Jistudja wkoll id-diskrepanzi fil-ħiliet fil-forza tax-xogħol tal-lum li jeħtieġu jiġu indirizzati sabiex din l-isfida tingħeleb. Jidentifika u janalizza tliet kategoriji ta' xogħlijiet:

  • Impjiegi li jinvolvu l-preservazzjoni tal-biodiversità: bħall-maniġers tal-konservazzjoni u l-wardens f'parks naturali
  • Xogħlijiet li għandhom impatt sinifikanti fuq il-biodiversità: bħall-bdiewa u l-ispetturi tas-sajd
  • Xogħlijiet li jiddependu fuq il-biodiversità: bħal bioteknoloġisti, operaturi tat-turiżmu u riċerkaturi fil-qasam tal-farmaċewtika.

Ir-rapport jindika li l-intraċċar ta' nuqqasijiet fil-ħiliet u fil-ħtiġijiet ta' taħriġ f'impjiegi relatati mal-biodiversità għadu kif beda f'xi Stati Membri. Jikkonkludi li hemm bżonn ta' approċċ aktar strateġiku għal opportunitajiet ta' taħriġ. Madankollu, jara benefiċċji potenzjali importanti għas-suq tax-xogħol b'għadd tajjeb ta' xogħlijiet li jeħtieġu ħila akbar u li huma intensivi fl-għarfien meħtieġa biex jissodisfaw il-miri tal-biodiversità. Kwalità ta' xogħlijiet aħjar hija mixtieqa wkoll sabiex jiġu attirati żgħażagħ minn żoni urbani, li jkunu qegħdin ifittxu xogħol fil-qasam; u ħiliet fil-biodiversità aktar differenti fost ħaddiema fil-qasam tal-biedja, tas-sajd u tal-foresti jgħinu f'impjiegi sostenibbli f'dawn is-setturi li mhux sejrin daqshekk tajjeb. Il-fondi tal-UE - inkluż il-FSE - għandhom rwol importanti x'jaqdu fit-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-impjiegi u l-preservazzjoni tal-biodiversità fit-tliet kategoriji ta' xogħlijiet kollha. Ir-rapport jenfasizza wkoll l-opportunitajiet li xogħlijiet fil-biodiversità joffru lil dawk li jinsabu bla xogħol u lil gruppi żvantaġġati ta' persuni li qegħdin ifittxu xogħol.

Ir-Rapport
The EU biodiversity objectives and the labour market: benefits and identification of skill gaps in the current workforce