Navigation path

Il-FSE fl-aħbarijiet

Malta tniedi Me2!

02/05/2012

opportunitajiet indaqs
© Istockphoto | File #: 10173035 | 08-04-09 © aldegonde le compte

Malta tniedi koperattiva ġdida sabiex tgħin lil persuni b’disabilità jgħixu ħajja normali u jtejbu l-prospetti tax-xogħol tagħhom

F’Malta, aktar minn 100 persuna b’disabilità attendew it-tnedija reċenti tal-Me2! Koperattiva, li timmira li tqajjem sensibilizzazzjoni fost min iħaddem u li tipprovdi aktar opportunitajiet ta’ xogħol għal persuni b’disabilità. Immexxija minn persuni b’disabilità nfushom u kofinanzjata mill-FSE, il-Me2! Il-proġett qiegħed jgħin lil persuni b’disabilità jgħixu ħajjiet indipendenti, ikampaw mal-problemi ta’ kuljum u jtejbu l-ħiliet u l-prospetti tax-xogħol tagħhom. Workshops, seminars u taħriġ vokazzjonali huma wħud mill-opportunitajiet li hemm offruti għall-parteċipanti. Iktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-proġett fuq www.sapport.gov.mt.