Navigation path

Min qed jipparteċipa?

F’din it-taqsima, tista’ ssib statistiċi pprovduti mill-pajjiżi tal-UE dwar il-parteċipazzjoni fi proġetti ffinanzjati mill-FSE matul il-perjodu tal-FSE 2007-2013.

L-istatistiċi, li huma ppreżentati f’ċarts, huma bbażati fuq bosta indikaturi bħall-grupp ta’ età, il-livell edukattiv, is-sess, l-istatus tas-suq tax-xogħol, il-Programm Operattiv, gruppi vulnerabbli, u s-sena.Madankollu, id-definizzjoni u l-applikazzjoni ta’ indikaturi mhijiex bilfors waħda uniformi, għalhekk tqabbil bejn pajjiżi differenti (jew saħansitra programmi operattivi fi ħdan l-istess pajjiż) mhuw dejjem sejrin ikunu konklużivi.

Jekk jogħġbok innota li d-dejta kollha hija pprovduta mill-Istati Membri u f’xi xenarji ebda dejta ma hija disponibbli.Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiggarantixxi l-preċiżjoni jew is-sħuħija tad-dejta jew tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, u lanqas ma taċċetta r-responsabbiltà jew l-obbligi fir-rigward ta’ xi użu li jsir minnhom.