Navigation path

Niġġieldu l-marġinalizzazzjoni

Fl-Ewropa jgħixu gruppi ta’ nies li regolarment iħabbtu wiċċhom b’mod regolari ma’ diskriminazzjoni u ma’ preġudizzji severi. Dawn jistgħu jinkludu komunitajiet ta’ immigranti li jikkonċentraw irwieħhom f’żoni suburbani; dawk li jagħżlu stil ta’ ħajja differenti, bħall-vjaġġaturi itineranti; u r-Roma. Apparti milli joffru opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, il-proġetti tal-FSE qegħdin jgħinu fit-tkissir ta' diversi ostakoli li huma jiffaċċjaw sabiex isibu xogħol u sabiex jagħmlu parti mis-soċjetà Ewropea ta' kuljum.

Ir-Roma jiffurmaw wieħed mill-ikbar gruppi minoritarju etniku fl-UE. Huwa stmat li hemm 6 miljun Roma jgħixu fi Stati Membri differenti, spiss taħt kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Huma marġinalizzati f’bosta modi differenti. Ir-rati ta’ illitteriżmu huma għoljin u l-kisbiet edukattivi huma baxxi ferm; xi kultant minħabba li ma hemm ebda skola lokali, jew minħabba li t-tfal Roma mhumiex aċċettati fl-iskejjel. Barra minn hekk, hemm rati għoljin ħafna ta’ tluq mill-iskola fost Roma żgħar għal varjetà kumplessa ta' raġunijiet. Bi ftit jew ebda ħila jew kwalifiki, u kkonfrontati bi preġudizzju inerenti, mhijiex ħaġa sorprendenti li n-nies Roma jsibuha ferm diffiċli sabiex isibu xogħol u jgawdu mill-benefiċċji soċjali u finanzjarji li jġib miegħu impjieg.

Il-FSE jista’ jtejjeb l-integrazzjoni tar-Roma permezz ta’ varjetà wiesgħa ta’ proġetti li spiss huma innovattivi f’oqsma bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, l-għoti ta’ parir, l-edukazzjoni, it-taħriġ, u gwida għal dawk li jaħdmu għal rashom.

Istockphoto/15859142
  • L-għalliema fl-iskejjel bi tfal Roma huma mħarrġa sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet partikolari li huma jistgħu jiffaċċjaw – xi kultant megħjunin minn medjaturi u assistenti rreklutati minn komunitajiet lokali.
  • Roma li jkunu għamlu suċċess jintużaw bħala mudelli u jiġu promossi fost Roma żgħażagħ f’kampanji sabiex itejbu l-motivazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ biex jirnexxu. Familji u komunitajiet sħaħ huma involuti fl-isforz sabiex titjieb il-prestazzjoni fl-iskejjel.
  • Universitajiet u istituzzjonijiet ta’ taħriġ qegħdin iħarrġu lil Roma żgħażagħ f'ħiliet mediċi u ta' protezzjoni soċjali li huma jistgħu jieħdu lura lejn il-komunitajiet tagħhom sabiex jgħinu biex iżidu l-livell ta' għajxien tagħhom.
  • L-iżvilupp tar-rwol tan-nisa Roma fil-komunitajiet tagħhom huwa fokus ieħor. Proġetti tal-FSE jappoġġawhom fit-twaqqif ta’ intrapriżi tas-snajja’ tagħhom stess – u jagħtuhom it-taħriġ u l-appoġġ finanzjarju li jkunu jeħtieġu. F’postijiet oħrajn, huma qegħdin jiksbu ħiliet rikonoxxuti fir-rigward tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa sabiex jiksbu xogħol fil-qasam tas-saħħa.

Madwar l-Ewropea, dawk ir-Roma li qegħdin ifittxu xogħol qegħdin jipparteċipaw fl-edukazzjoni u f’opportunitajiet ta’ taħriġ li jistgħu jtejbu l-prospetti tax-xogħol tagħhom u jgħinuhom jiksbu xogħol jew jistabbilixxu ruħhom f’xogħol għal rashom. L-attivitajiet tal-FSE qegħdin jiġġieldu wkoll l-impjegar tar-Roma fis-'suq klandestin' fejn is-saħħa u l-protezzjoni soċjali huma spiss nieqsin.