Navigation path

Servizzi pubbliċi aħjar

It-tnaqqis ta’ piżijiet regolatorji u amministrattivi u l-promozzjoni ta’ standards ta’ trasparenza, integrità u kontabilità għoljin fl-amministrazzjoni pubblika jgħinu sabiex tiżdied il-produttività u tissaħħaħ il-kompetittività.

Fi Stati Membri u f’reġjuni inqas żviluppati, is-servizzi pubbliċi responsabbli għall-iżvilupp ta' strateġiji relatati mal-impjiegi u l-implimentazzjoni tagħhom, jista' ma jkollhomx il-ħiliet biex jagħmlu dan b'mod korrett u b'infiq effettiv tal-flus. Għal din ir-raġuni, il-proġetti tal-FSE qegħdin jgħinu fit-tisħiħ tal-effikaċja tal-amministrazjzoni pubblika fl-għoti tas-servizzi pubbliċi fis-setturi kollha. L-appoġġ huwa disponibbli taħt żewġ prijoritajiet:

  • Istituzzjonijiet aktar effettivi: it-tħeġġiġ tal-kwalità ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi disponibbli għaċ-ċittadini, ħaddiema u għal dawk li qegħdin ifittxu xogħol fl-irħula, fl-ibliet u fir-reġjuni tagħhom.
  • Flimkien biex nimxu 'l quddiem: għajnuna lill-awtoritajiet pubbliċi u lil dawk b’interess bħal NGOs sabiex jaħdmu flimkien fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' suċċess.

Il-proġetti tal-FSE qegħdin joffru titjib f’għadd ta’ oqsma: pereżempju, fil-kwalità tal-impjegati taċ-ċivil li jistgħu jkunu jeħtieġu taħriġ aħjar kemm fi rwol ta’ ‘back office’ kif ukoll fi rwol ta’ qadi tal-klijenti; fl-introduzzjoni ta' teknoloġiji tal-informatika, fejn iktar użu ta' l-IT jista' jippromwovi l-effiċjenza u l-qsim tal-informazzjoni mal-oħrajn; u l-mod li bih l-organizzazzjonijiet jindirizzaw ix-xogħol tagħhom li jistgħu jibbenefikaw aktar minn approċċ li jkun aktar orjentat lejn ‘sħubija’. L-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-e-gvern hija karatteristika importanti ta’ dan it-titjib billi tagħmel l-informazzjoni aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u tħaffef l-indirizzar tal-affarijiet tagħhom mal-awtoritajiet lokali u nazzjonali tagħhom. Dawn huma biss ftit eżempji.

Istockphoto/15061436

L-appoġġ tal-FSE għal servizzi pubbliċi aħjar jinkludi l-immodernizzar ta’ istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħal uffiċċji u servizzi ta' impjiegi kif ukoll istituzzjonijiet tas-settur tas-saħħa u oħrajn. Edukazzjoni u taħriġ aħjar għall-ħaddiema taċ-ċivil u għall-ħaddiema tas-settur pubbliku huma appoġġati wkoll. Il-FSE qiegħed jgħin itejjeb il-ġestjoni tad-disinn u tal-implimentazzjoni tal-programm – u dan jiżgura li jinstemgħu l-opinjonijiet kollha. U organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u NGOs attivi fl-impjiegi, fis-setturi tas-saħħa, l-edukazzjoni, u l-inklużjoni soċjali u opportunitajiet ugwali huma mħeġġa jieħdu sehem u jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom stess.