Navigation path

Appoġġ lil sħubiji lokali

L-esperjenza turi li ħafna mill-kwistjonijiet li l-proġetti tal-FSE jindirizzaw jistgħu jkunu kwistjonijiet kumplessi. F’każijiet bħal dawn, il-FSE jappoġġa sħubiji bejn organizzazzjonijiet, inkluż fil-livell tal-komunitajiet lokali, li jistgħu jwasslu l-massa kritika meħtieġa sabiex jinstabu u jiġu implimentati soluzzjonijiet, pereżempju bil-ħolqien ta’ aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa.

Il-proġetti u l-programmi tal-FSE jinvolvu lil ħafna parteċipanti fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni tagħhom - mhux biss l-UE u istituzzjonijiet nazzjonali, iżda wkoll awtoritajiet reġjonali u lokali, NGOs, komunitajiet lokali u msieħba soċjali, inkluż organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u rappreżentanti tan-negozji.

  • Il-FSE jippromwovi n-netwerking bejn dawn kollha b’interess fil-livell tal-UE, f’dak nazzjonali, reġjonali u lokali, fil-qasam tal-inklussività fl-impjiegi u tas-suq tax-xogħol;
  • Jinkoraġġixxi wkoll l-inklużjoni ta' msieħba soċjali u NGOs fi proġetti tal-FSE, b'mod partikolari fejn dawn jikkonċernaw l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u opportunitajiet indaqs.

L-appoġġ tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD - community-led local development) huwa approċċ minn isfel għal fuq li jagħraf li nies u gruppi lokali, b'mod speċjali dawk f'komunitajiet relattivament iżolati, jista' jkollhom għarfien aħjar tal-problemi lokali li jeħtie–u jiġu indirizzati kif ukoll sens ikbar ta’ sjieda u ta’ impenn għas-suċċess tal-proġetti. Flimkien ma’ fondi oħrajn, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali li jiffinanzja l-infrastruttura, il-FSE jista’ jappoġġa l-impjiegi u l-elementi tal-inklużjoni soċjali ta’ strateġiji ta’ żvilupp immexxija mill-komunità.

  • L-appoġġ tal-FSE jista’ jindirizza kwistjonijiet bħat-titjib tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi u tas-saħħa, jieħu azzjoni sabiex inaqqas ir-rati ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskejjel lokali, u t-tħeġġiġ tal-intraprenditorija fost komunitajiet lokali sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet lokali.
  • Il-proġetti tal-FSE jistgħu jgħinu wkoll biex jibnu l-kapaċità ta’ msieħba bbażati fil-komunità sabiex jiddisinjaw u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp lokali, ibbażata fuq il-ħtiġijiet identifikati, u jinstabu r-riżorsi ta’ finanzjament għal dan. Dan l-appoġġ jista’ jinvolvi taħriġ għall-parteċipanti kif ukoll l-għoti ta’ ħila esterna.