Navigation path

Flimkien biex nimxu 'l quddiem

Il-FSE qiegħed jagħti appoġġ lil firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-impjiegi sabiex jgħinhom jikkontribwixxu għal politiki f’dawn l-oqsma u għal riformi fil-mod li jinħolqu u jiġu implimentati.

Apparti milli jappoġġa servizzi pubbliċi , effiċjenti u effettivi, il-FSE qiegħed jgħin lil bosta organizzazzjonijiet oħrajn sabiex jiksbu l-kapaċitajiet u l-ħiliet li għandhom bżonn sabiex jikkontribwixxu għat-tħeġġiġ tal-impjiegi. Dawn jinkludu istituzzjonijiet edukattivi, organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, NGOs li jieħdu ħsieb l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u gruppi vulnerabbli, u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fost oħrajn. Livell għoli ta’ ħiliet fit-tfassil tal-politika u amministrattivi fost dawn l-atturi tas-soċjetà ċivili huwa vitali jekk għandhom jaħdmu flimkien fi sħubija ma’ xulxin fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għar-riforma ta’ sistemi ta’ impjiegi u għall-implimentazzjoni ta’ linji politiċi.

Istockphoto/14377944

Il-FSE qiegħed jappoġġa netwerking fost dawn l-imsieħba soċjali sabiex jibni pontijiet u kanali ta’ komunikazzjoni li jimmassimizzaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-programmi tal-FSE. L-esperjenza uriet li l-problemi kumplessi li jinħolqu matul it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-FSE jissolvew l-aħjar meta dawn l-organizzazzjonijiet kollha jaħdmu flimkien sabiex jikkumplimentaw u jsaħħu lil xulxin – jibnu viżjonijiet kondiviżi u jgħinu fl-eżekuzzjoni ta’ programmi u ta’ proġetti li huma aktar ta’ suċċess.