Navigation path

Istituzzjonijiet aktar effettivi

Il-FSE qiegħed jgħin lill-amministrazzjoni pubbliċi u lill-fornituri tas-servizz pubbliku sabiex isiru aktar effettivi u effiċjenti fl-operazzjonijiet tagħhom. L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tgħin fl-appoġġ għal dawk li qegħdin ifittxu xogħol, lill-ħaddiema u liċ-ċittadini, bħal pereżempju permezz ta’ aċċess aħjar għal impjiegi u għal servizzi tas-saħħa.

Il-kwalità u l-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika huma fatturi kruċjali għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku. B’organizzazzjoni aħjar u b’persunal imħarreġ tajjeb, il-kunsilli lokali u s-servizzi tal-impjiegi jistgħu jaqdu liċ-ċittadini aħjar u jtejbu l-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħhom. Stat Membri u reġjuni inqas żviluppati – magħrufin bħala reġjuni ta’ konverġenza – jista’ jkun jonqoshom il-kapaċitajiet amministrattivi moderni li jistgħu jappoġġaw l-impjiegi bl-iktar mod effiċjenti u effettiv. Il-proġetti ffinanzjati mill-FSE jgħinu jistabbilixxu s-sistemi meħtieġa kif ukoll il-ħiliet li huma meħtieġa.

Shutterstock/116132881

Dawk li jħarrġu lill-persunal fil-korpi pubbliċi jistgħu jiksbu għarfien ġdid dwar il-kurrikuli kif ukoll metodi biex jgħinuhom itejbu l-ħiliet. Il-FSE qiegħed jappoġġa l-programmi ta’ taħriġ għall-ħaddiema taċ-ċivil, filwaqt li jagħtihom il-ħiliet sabiex jimplimentaw sistemi amministrattivi moderni u servizzi orjentati lejn il-klijent. Ħafna minn din l-għajnuna tingħata fi proġetti transnazzjonali tal-FSE – fejn il-prattikanti minn reġjuni tal-UE aktar żviluppati jagħtu parir u appoġġ fuq dak li jaħdem tajjeb u dwar dak li għandu jiġi evitat. Koperazzjoni bħal din hija importanti biex jiġi żgurat li prattika tajba tiġi ttrasferita bl-iktar mod effiċjenti.

L-implimentazzjoni ta’ sistemi moderni ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-għoti ta’ ħiliet lill-ħaddiema taċ-ċivili sabiex jużawhom huwa qasam ieħor li qiegħed jirċievi l-appoġġ tal-FSE. L-objettiv ta’ din l-għajnuna huwa li ċ-ċittadini jiġu offruti servizzi aħjar, kemm jekk dawn ikunu persuni li qed ifittxu xogħol, ħaddiema li jkunu qed ifittxu taħriġ, jew ċittadini li jkollhom x’jaqsmu ma’ amministrazzjonijiet lokali. Servizzi pubbliċi aħjar jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja f’reġjun, jistgħu jżidu l-impjiegi, u jistgħu joffru għajnuna aktar effettiva lil gruppi żvantaġġati bħal dawk b’disabilità jew dawk li ilhom bla xogħol.