Navigation path

Kif jaħdem il-FSE

Kull Stat Membru, bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea, jaqbel fuq Programm Operattiv wieħed jew aktar għal finanzjament mill-FSE għall-perjodu ta' programmar ta’ seba’ snin Il-Programmi Operattivi jiddeskrivu l-prijoritajiet għall-attivitajiet tal-FSE u l-miri tagħhom.

L-UE tqassam il-finanzjament tal-FSE lill-Istati Membri u lir-reġjuni sabiex jiffinanzjaw il-programmi operattivi tagħhom. Dawn il-programmi jiffinanzjaw proġetti relatati mal-impjiegi li jitmexxew minn firxa ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi u privati msejħin benefiċjarji. Dawn il-proġetti huma ta' benefiċċju għall-parteċipanti tagħhom - normlament individwi, iżda wkoll kumpaniji jew organizzazzjonijiet.

Ħidma fi sħubija

Il-Fond Soċjali Ewropew huwa mfassal u implimentat fi sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. Din is-sħubija tinvolvi wkoll firxa wiesgħa ta’ sħab oħrajn, bħal NGOs u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, fit-tfassil tal-istrateġija tal-FSE u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħha. Ħidma fi sħubija hija l-aqwa mod kif jiġi żgurat li l-infiq huwa effettiv u effiċjenti kemm jista’ jkun possibbli u jissodisfa l-ħtiġijiet tar-reġjun jew tal-komunità kkonċernata. Żewġ prinċipji importanti oħra jiggwidaw il-funzjonament tal-FSE:

  • Il-ko-finanzjament jiżgura s-sjieda fuq livell nazzjonali u reġjonali: L-iffinanzjar tal-FSE huwa dejjem akkompanjat minn finanzjament pubbliku jew privat. Ir-rati ta’ kofinanzjament ivarjaw bejn 50% u 85% (95% f’każijiet eċċezzjonali) tal-ispejjeż totali tal-proġett, jiddependi fuq kemm il-ġid relattiv tar-reġjun.
  • Ġestjoni kondiviża tippermetti li tittieħed responsabilità fuq il-livell ix-xieraq: Il-linji gwida tal-FSE huma ddisinjati fuq livell Ewropew permezz ta’ konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ persuni b'interess, u Programmi Operattivi huma nnegozjati bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni. L-implimentazzjoni fil-prattika, permezz ta’ Programmi Operattivi, hija ġestita mill-awtoritajiet relevanti f’kull pajjiż.

Finanzjament ibbażat fuq il-ħtiġijiet

L-ammont ta' finanzjament tal-FSE u t-tipi ta' proġetti li jiġu ffinanzjati huma differenti minn reġjun għal ieħor jiddependi fuq il-ġid relattiv. Ir-reġjuni tal-UE huma diviżi fi tliet kategoriji ta' finanzjament abbażi tal-PDG reġjonali tagħhom għal kull ras meta mqabbel mal-medja tal-UE (UE f'27 Stat Membru).

L-eliġibbiltà tal-Fondi Strutturali (FEŻR u FSE) 2014-2020

map

legend