Navigation path

Noffru opportunitajiet lil kulħadd

Impjieg huwa l-aktar mod effettiv kif tagħti lin-nies indipendenza, sigurtà finanzjarja u sens ta’ appartenenza. Il-FSE jiffinanzja bosta eluf ta' proġetti sabiex jgħinu nies f'diffikultajiet u lil dawk minn gruppi żvantaġġati sabiex jiksbu l-ħiliet, jiksbu xogħol u jkollhom l-istess opportunitajiet bħal ħaddieħor.

Billi jgħin lil individwi u lil gruppi li jbatu minn żvantaġġ sabiex jiksbu edukazzjoni xierqa jew isibu xogħol, il-FSE jgħinhom ikollhom parti sħiħa fil-komunitajiet tagħhom. L-attivitajiet tal-FSE f’dan il-qasam isegwu erba’ prijoritajiet:

Parti kbira tal-infiq tal-FSE hija ddedikata għall-ġlieda kontra l-‘esklużjoni soċjali’. L-esklużjoni soċjali tirriżulta meta, għal raġunijiet differenti, individwu, jew grupp, jiffaċċja diffikultajiet jew diskriminazzjoni f’xi aspetti tal-ħajja ta’ kuljum tiegħu. Pereżempju, raġel jew mara b’disabilità li ma jistgħux isibu xogħol minħabba li l-impjegaturi jiddubitaw l-abilitajiet tagħhom - mingħajr xogħol huma 'esklużi' minn attività li tippremjahom li ħafna minna jieħdu bħala ħaġa normali.

Istockphoto/2003214

Dawk li qattgħu xi żmien il-ħabs, persuni li kienu jabbużaw mid-droga u li issa qegħdin jirkupraw, minoritajiet etniċi bħalma huma r-Roma, immigranti riċenti b’ħiliet lingwistiċi batuti – dawn huma lkoll eżempji ta’ gruppi żvantaġġati u vulnerabbli li huma f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u l-faqar li jista’ jiġi magħha. L-Ewropa hija impenjata sabiex tnaqqas l-esklużjoni soċjali, u l-FSE huwa wieħed mill-istrumenti maġġuri sabiex jintlaħaq dan. Jiffoka fuq l-impjiegi bħala mezz għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni, l-esklużjoni u l-faqar.