Navigation path

Il-FSE f'Malta

Malta hija dipendenti ħafna fuq il-kwalità tal-forza tax-xogħol tagħha u qiegħda tuża l-iffinanzjar mill-FSE sabiex ittejjeb it-taħriġ, il-ħiliet u l-kwalifiki. Qiegħda tieħu wkoll passi sabiex iżżid il-kwalità tal-edukazzjoni u tas-sistema tat-taħriġ u qiegħda tħeġġeġ parteċipazzjoni akbar fil-forza tax-xogħol.

Edukazzjoni u taħriġ

Aċċess aħjar għat-taħriġ vokazzjonali sabiex jitnaqqas l-għadd ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola mingħajr kwalifiki huwa prijorità ewlenija għall-appoġġ tal-FSE. Bħalissa qegħdin jiġu offruti korsijiet vokazzjonali fi skejjel sekondarji sabiex studenti jiġu mħeġġa jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom, filwaqt li l-ħaddiema huma mħeġġa wkoll jitħarrġu bħala parti mill-isforzi sabiex iħaddnu kultura ta' tagħlim tul il-ħajja. Eżempju huwa proġett ta' taħriġ fit-turiżmu li qiegħed isaħħaħ il-ħiliet tal-ħaddiema f'dan is-settur importanti.

Opportunitajiet ta' taħriġ usa' għal kulħadd huma għodda importanti wkoll għat-tħeġġiġ ta' aktar nies sabiex jissieħbu fil-forza tax-xogħol. Aċċess aħjar għall-kura tat-tfal u skemi ta' xogħol aktar flessibbli qegħdin jgħinu lin-nisa sabiex jagħmlu użu minn opportunitajiet ta' taħriġ u jmorru lura għad-dinja tax-xogħol. U l-FSE qiegħed jgħin lil persuni aktar anzjani u lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg jew lil persuni li għandhom disabilità b'taħriġ u apprendistat - s'issa, aktar minn 2 000 minn dawn in-nies marru lura għal xogħlijiet full-time.

Bini tal-għarfien

Bid-domanda dejjem tikber għal ħiliet fl-industriji bbażati fuq l-għarfien, bħas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u s-servizzi finanzjarji, il-FSE qiegħed jgħin fit-taħriġ tan-nies sabiex tiġi ssodisfata din il-ħtieġa. L-edukazzjoni b'mod ġenerali u x-xjenza u l-ħiliet fit-teknoloġija b'mod partikolari, huma l-mira ta' bosta miżuri tal-FSE. Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija qiegħed ikollu rwol kritiku b'korsijiet ġodda, vokazzjonali relatati mal-industrija xierqa għal bosta gruppi ta' studenti. Turiżmu sostenibbli, manifattura niche u manutenzjoni tal-ajruplani huma biss uħud mill-oqsma fejn dawk li qegħdin ifittxu xogħol jistgħu isibu l-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex jimlew xogħlijiet disponibbli.

Il-FSE qiegħed jappoġġa wkoll l-edukazzjoni ogħla billi joffri lill-istudenti ċ-ċans li jsegwu korsijiet post-gradwatorji kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jappoġġaw il-mira ta' Malta li jkollha terz tal-forza tax-xogħol tagħha b'edukazzjoni terzjarja sal-2020.

Kuntatti f'Malta


Il-FSE f'Malta: Dejta u ċifri

Baġit

€112,000,000
(2007-2013)

Min jirċievi fondi

Ara l-lista ta' benefiċjarji

Min jipparteċipa

14,428 nies
(2013)