Navigation path

Kif tipparteċipa

Il-FSE jiffinanzja firxa kbira ta’ proġetti li jtejbu l-prospetti tal-impjiegi tan-nies u tax-xogħol li jagħmlu. Organizzazzjonijiet u individwi interessati f’li jieħdu sehem jistgħu jużaw il-links mogħtija hawn taħt:

Lil min tikkuntattja

Il-finanzjament mill-FSE huwa disponibbli permezz tal-Istati Membri u r-reġjuni. Il-FSE ma jiffinanzjax proġetti direttament minn Brussell.

  • Organizzazzjonijiet li huma interessati fil-finanzjament mill-FSE għal proġett għandhom jikkuntattjaw lill-Awtorità Amministrattiva tal-FSE fil-pajjiż jew fir-reġjun tagħhom. Sabiex issib l-indirizz tal-kuntatt relevanti tal-FSE, żur it-taqsima ‘Appoġġ f’pajjiżek’.
  • Individwi li huma interessati jipparteċipaw fil-proġetti tal-FSE jistgħu jsibu l-indirizz tal-kuntatt relevanti tal-FSE f’pajjiżhom mit-taqsima ‘Appoġġ f’pajjiżek’. Is-siti elettroniċi nazzjonali u reġjonali tal-FSE, kif ukoll is-servizzi ta’ impjiegi lokali huma wkoll sors tajjeb ta’ informazzjoni fuq opportunitajiet proposti mill-FSE.

Min hu min

Il-proġetti tal-FSE isiru applikazzjonijiet għalihom u huma mmexxija minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet magħrufa bħala benefiċjarji, inkluż amministrazzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, NGOs, karitajiet u kumpaniji. L-individwi li jieħdu sehem fi proġett tal-FSE huma msejħin parteċipanti; dawn jinkludu, pereżempju, ħaddiema akbar fl-età mħarrġa għal ħiliet ġodda, żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu xogħol li jiksbu esperjenza ta' xogħol, jew nies li jkunu qegħdin ifittxu parir dwar kif jibdew negozju tagħhom.