EPALE
Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim għall-Adulti fl-Ewropa

Home page

Home page

Merħba f’EPALE

EPALE hija l-komunità multilingwi għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti bħalek! Hija disponibbli sabiex tgħinkom taħdmu flimkien sabiex jitjiebu l-kwalità u l-provvediment ta’ tagħlim għall-adulti fl-Ewropa, jiġi stabbilit settur pan-Ewropew tat-Tagħlim għall-adulti u tagħtikom il-possibbiltà, bħala professjonisti u mulitiplikaturi tat-tagħlim għall-adulti, li tilħqu l-adulti kollha.

Għalhekk, jekk inti involut/a fit-tagħlim għall-adulti bħala professjonista jew volontier/a, tfassal politiki jew int persuna akkademika, EPALE qiegħda tinħoloq għalik! 

Aktar

EPALE – il-Pjattaforma Elettronika għall
-Edukazzjoni tal-Adulti fl-Ewropa

EPALE hija komunità multilingwi bi sħubija miftuħa ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-aktar żvilupp reċenti f’impenn kontinwu biex titjieb il-kwalità tal-provvediment ta’ tagħlim għall-adulti fl-Ewropa. Tista’ taqra aktar dwar il-politika tal-UE dwar it-tagħlim għall-adulti  hawnhekk.

Dan is-sit huwa mfassal b’mod partikolari biex ikun ta’ interess għall-għalliema, għal min iħarreġ, għar-riċerkaturi, għall-akkademiċi, għal dawk li jfasslu l-politiki u għal kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha.

Fil-ġimgħat li ġejjin, ser ikun hemm diversi għodod utli fis-sit, inkluż kalendarju tal-avvenimenti u taqsima ta’ tiftix tal-imsieħba. Fil-fatt nixtiequ li EPALE jkollha kulma teħtieġ li tkun taf dwar it-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa f’post wieħed!

Kif is-sit ikompli jiżviluppa inti tkun tista’ taqsam aħbarijiet, opinjonijiet, ideat u riżorsi ma’ oħrajn madwar l-Ewropa kollha.

Dak kollu li ser ikun hemm fis-sit ser ikun organizzat madwar ħames Temi importanti għat-tagħlim għall-adulti. Tista’ tiskopri s-suġġerimenti tagħna dwar it-temi ewlenin hawnhekk.

Aħna impenjati li ninvolvu lilkom, il-komunità tat-tagħlim għall-adulti, tul l-iżvilupp ta’ EPALE kollu, biex din tissodisfa l-aspettattivi tagħkom u tagħtikom dak kollu li teħtieġu minn komunità online mifruxa mal-Ewropa kollha. 

Għinna nsawru EPALE!

Merħba f’EPALE – il-komunità online għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa!

Qatt ma smajt b’EPALE qabel? Dan għaliex din hija inizjattiva ġdida fjamanta fit-tagħlim għall-adulti ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea. Hija parti minn impenn fit-tul biex ikun hemm titjib u netwerking aħjar fis-settur tat-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa u biex kull adult jingħata l-possibbiltà li jkollu aċċess għal opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità għolja. 

Allura għaliex qegħdin noħolqu EPALE? It-tagħlim għall-adulti qed isir dejjem aktar importanti għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea.  Stħarriġ internazzjonali reċenti dwar il-ħiliet tal-adulti

juri li l-Ewropa sejra inqas tajjeb mill-kompetituri tagħha. Wieħed minn kull ħames adulti Ewropej għandhom livelli baxxi ħafna ta’ litteriżmu u numeriżmu, u wieħed minn kull erbgħa ma għandux il-ħiliet biex juża t-teknoloġiji diġitali b’mod effettiv.

Minħabba li l-UE u l-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza ta’ dan, fl-Ewropa kollha ġiet stabbilita mira ta’ 15% ta’ adulti li jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja sal-2020 – iżda l-parti l-kbira tal-pajjiżi għadhom ’il bogħod ħafna minn din il-mira. Dan huwa enfasizzat fl- Aġenda Ewropea għat-Tagħlim għall-Adultiflimkien ma’ spinta biex jiżdiedu l-kwalità u l-ammont ta’ nies li jintlaħqu mill-opportunitajiet ta’ tagħlim.

Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li jista’ jsir ħafna aktar biex il-professjonisti madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jaħdmu u jitgħallmu flimkien, u huwa għalhekk li qegħdin jiżviluppaw din ir-riżorsa ta’ komunità multilingwi. Bit-tneħħija tal-ostakoli lingwistiċi, l-iskambju miftuħ tal-materjali, għodod, riżorsi u ideat jista’ jimxi aktar aħjar, u dan jgħin fil-promozzjoni tal-prattika tajba u, b’hekk ikun qed jgħin ukoll biex jgħolli l-istandards.

Abbona fil-bullettin

Abbona biex inkunu nistgħu nżommuk aġġornat dwar l-iżvilupp tagħna tas-sit ta’ EPALE permezz tal-bullettin tagħna. Nedejna wkoll kont ta’ Twitter biex inkunu nistgħu nippromwovu l-istħarriġ aħjar. (Għalissa sejrin nużaw Twitter, sakemm ma tgħidulniex li ma jogħġobkomx!)

Mit-Tim Ċentrali ta’ Appoġġ
(Aħna naħdmu minn wara l-kwinti, biex niżguraw li EPALE tkun attwali, rilevanti u tagħmel dak li tixtieqha inti. Bħalissa qegħdin naħdmu biex noħolqu s-sit il-ġdid ta’ EPALE u dalwaqt sejrin inżidu ħafna aktar karatteristiċi eċċitanti!)