Mogħdija tan-navigazzjoni

Shaun is-Sostenibbli logħba online

Merħba għal-logħba ta’ Shaun the Sheep, li tgħin tgħallimna kif noħolqu futur aktar nadif, aktar tajjeb għas-saħħa u aktar “sostenibbli” għall-bliet u għall-pjaneta tagħna!

Fil-logħba, int trid tgħin tibni belt ġdida ekoloġika għall-annimali li jgħixu fit-triq tal-Big City, filwaqt li tiżgura li żżommhom ilkoll kuntenti billi tissorvelja r-riżorsi, l-ikel, l-enerġija, it-trasport u kwistjonijet relatati man-natura. Ipprova ibni l-belt tiegħek fuq għaxart ijiem waqt li r-raħħal ma jkunx id-dar!

U, jekk taħseb li int ekoloġiku/a biżżejjed, ipprova wettaq il-missjonijiet ta’ Shaun! Ipprova solvi problema billi tiggwida lil Shaun u lill-merħla tiegħu u ssalva l-belt tiegħek.

 

Dwar il-logħba

 

Din il-logħba, imfassla mit-tim ta’ Sustainable Learning fir-Renju Unit u maħluqa minn Aardman, tista’ tintlagħab mingħajr ħlas u fiha tisfida liż-żgħażagħ jibnu l-belt sostenibbli tagħhom billi jibbilanċjaw ħames temi: l-ikel, in-natura, l-enerġija, it-trasport u r-riżorsi, filwaqt li tispira lit-tfal biex jaħsbu dwar kwistjonijiet ekoloġiċi.

Il-logħba issa ġiet tradotta fil-lingwi kollha tal-UE u ġiet żviluppata fi 28 verżjoni tal-Istati Membri mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-promozzjoni tagħhom ta’ bliet ambjentalment sostenibbli u l-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa tagħhom.

Għalliema

 

Sustainable Learning żviluppaw ukoll għadd ta’ riżorsi ta’ tagħlim fuq din il-logħba biex jgħinukom tilagħbu Sustainable Shaun mal-klassi tagħkom. Dawn ir-riżorsi, li huma disponibbli bl-Ingliż, jinkludu pjanijiet għal-lezzjonijiet, karti bi stampi, problemi speċifiċi li jridu jiġu solvuti u aktar. Hemm anki sistema ta’ lloggjar sabiex klassi tkun tista’ tibda tilgħab il-logħba tagħha fl-iskola, tissejvja sa fejn waslu, imbagħad ikompluha d-dar fuq kwalunkwe tagħmir.