Mogħdija tan-navigazzjoni

Min huwa affettwat?

Ir-Regolament jissepara lil dawk li jinnegozjaw fl-injam u fi prodotti tal-injam f'żewġ kategoriji: operaturi u kummerċjanti. Operaturi - dawk li l-ewwel ipoġġu l-injam u l-prodotti tal-injam fis-suq tal-UE - iġorru l-parti l-kbira tar-responsabilità, filwaqt li l-kummerċjanti - dawk li jixtru jew li jbiegħu injam jew prodotti tal-injam diġà fis-suq - huma meħtieġa jżommu rekord ta' mingħand min huma jixtru jew lil min ibiegħu.

Iċċekkja r-responsabilitajiet tiegħek:

Operaturi

Inti l-ewwel wieħed li tpoġġi injam u prodotti tal-injam fis-suq tal-UE.

Ir-responsabilità tiegħek

Inti meħtieġ li tuża d-'diliġenza dovuta' meta tpoġġi injam fuq is-suq tal-UE. Huwa f'idejk li timminimizza ċ-ċansijiet tal-injam li jiġi minn, jew li huwa magħmul minn injam li jiġi minn, sorsi maqtugħin illegalment. Dan ifisser li inti għandek timplimenta sistema ta' ġestjoni tar-riskji msejħa sistema tad-'diliġenza dovuta', li hija bbażata fuq:

Informazzjoni: L-operatur għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni li tiddeskrivi l-injam u l-prodotti tal-injam, pajjiż tal-ħażna (u, fejn applikabbli, reġjun sub-nazzjonali u konċessjoni), speċji, kwantità, dettalji tal-fornitur u informazzjoni dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Valutazzjoni tar-riskju: L-operatur għandu jivvaluta r-riskju ta' injam illegali fil-katina tal-provvista, fuq il-bażi tal-informazzjoni identifikata fuq u filwaqt li jikkunsidra s-sett ta' kriterji ta' riskju stabbilit fl-EUTR.

Taffija tar-riskju: Jekk il-valutazzjoni turi li r-riskju ta' injam illegali fil-katina tal-provvista mhuwiex wieħed negliġibbli, dak ir-riskju jista' jiġi mtaffi bit-teħid ta' aktar miżuri, pereżempju li tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali u verifika mill-fornitur.

Għal aktar dwar id-diliġenza dovuta ara 'Kif inhi applikata? '

Kummerċjanti

Inti tixtri jew tbiegħ - għal għanijiet kummerċjali - injam jew prodotti tal-injam li diġà jinsabu fis-suq tal-UE.

Ir-responsabilità tiegħek

Inti meħtieġ/a li żżomm informazzjoni dwar il-fornituri u l-klijenti tiegħek sabiex l-injam li tiġġestixxi jkun jista' jiġi intraċċat b'mod kemm jista' jkun faċli.

Għandek iżżomm din l-informazzjoni għal perjodu ta' ħames snin.

Din l-informazzjoni hija meħtieġa biss għall-perjodu sal-aħħar punt tal-bejgħ bejn negozji. Ma hija meħtieġa ebda informazzjoni dwar bejgħ lil konsumaturi finali.

L-operaturi, kif jistgħu jeżerċitaw id-diliġenza dovuta?

L-operaturi jistgħu jiżviluppaw is-sistemi ta' diliġenza dovuta tagħhom stess - sett ta' miżuri u proċeduri li effettivament jimminimizzaw ir-riskji - jew jużaw waħda żviluppata minn organizzazzjoni ta' monitoraġġ. Sib organizzazzjoni ta' monitoraġġ qrib tiegħek.

Għal aktar dwar id-diliġenza dovuta ara 'Kif inhi applikata?' jew ikkonsulta d-Dokument ta' Gwidapdf(375 KB)   dettaljat.

Għadek ma tafx jekk intix operatur jew kummerċjant?

Dawn huma xi xenarji sabiex jiggwidawk

Xenarju 1

Manifattur Ċ jixtri karta f'pajjiż terz barra mill-UE u jimportaha fl-UE (kwalunkwe pajjiż), fejn huwa/hija juża l-karta sabiex jagħmel il-pitazzi. Imbagħad huwa/hija jbiegħ il-pitazzi lil bejjiegħ bl-imnut D fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE. Il-pitazzi huma prodott kopert mill-Anness għar-Regolament tal-UE dwar l-Injam:

  • Manifattur Ċ isir operatur meta huwa/hija jimporta l-karta għall-użu fin-negozju tiegħu/tagħha stess.

Xenarju 2

Il-kumpanija X taqta' l-injam mill-art tagħha stess fi ħdan l-UE u mbagħad iġġorru u tipproċessah fil-magna taċ-ċana tagħha stess u tbiegħ iċ-ċana lill-kumpanija Y:

  • Il-kumpanija X issir operatur meta taqta' l-injam tagħha stess għad-distribuzzjoni permezz tan-negozju tagħha stess.

Xenarju 3

Manifattur C ibbażat fl-UE jimporta karta tal-artiġjanat miksija direttament mingħand produttur ta' pajjiż terz u jużaha biex jippakkja prodotti li sussegwentament jinbiegħu fis-suq tal-UE:

  • Manifattur Ċ isir operatur meta huwa/hija jimporta l-karta tal-artiġjanat fl-UE għall-użu fin-negozju. (Innota li f'dan il-każ, ma jiġix ikkunsidrat jekk il-karta tal-artiġjanat tintużax biss għall-imballaġġ minħabba li din hija importata għaliha).

Aktar xenarji huma disponibbli fid-Dokument ta' Gwidapdf(375 KB) .