Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar info

Definizzjonijiet

Injam u prodotti tal-injam tfisser l-injam u l-prodotti tal-injam stabbiliti fl-Anness, bl-eċċezzjoni ta' prodotti u komponenti tal-injam ta' tali prodotti mmanifatturati minn injam jew prodotti tal-injam li jkunu temmew iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u inkella jintremew bħala skart, kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart.

Tqegħid fis-suq tfisser il-provvista bi kwalunkwe mezz, irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ użata, ta' injam u ta' prodotti tal-injam għall-ewwel darba fis-suq intern għad-distribuzzjoni jew għall-użu fil-kors ta' attività kummerċjali, kemm bi ħlas jew inkella bla ħlas. Tinkludi wkoll il-provvista permezz ta' komunikazzjoni b'distanza kif definit fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod. Il-provvista fis-suq intern ta' prodotti tal-injam miksubin minn injam u minn prodotti tal-injam li diġà jinsabu fis-suq intern ma għandhomx jikkostitwixxu 'tqegħid fis-suq'.

Operatur tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tpoġġi l-injam jew il-prodotti tal-injam fis-suq.

Kummerċjant tfisser persuna fiżika jew ġuridika li matul il-kors ta' attività kummerċjali, tbiegħ jew tixtri fis-suq intern, injam jew prodotti tal-injam li diġà huma mpoġġija fis-suq intern.

Pajjiż tal-qtugħ tfisser il-pajjiż jew it-territorju fejn l-injam jew l-injam inkluż fil-prodotti tal-injam inqata'.

Maqtugħ legalment tfisser maqtugħ skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-qtugħ.

Maqtugħ illegalment tfisser maqtugħ bi ksur tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-qtugħ.

Leġiżlazzjoni applikabbli tfisser il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-qtugħ li tkopri l-kwistjonijiet li ġejjin:

  • drittijiet għall-qtugħ tal-injam fi ħdan konfini rreġistrati legalment;
  • ħlasijiet għal drittijiet ta' qtugħ u injam inkluż ħlasijiet relatati mal-qtugħ tal-injam;
  • qtugħ ta' injam, inkluż leġiżlazzjoni ambjentali u tal-forestrija inkluż il-ġestjoni tal-foresti u l-konservazzjoni tal-biodiversità, fejn dan ikun relatat direttament mal-qtugħ tal-injam;
  • drittijiet legali tal-partijiet terzi dwar l-użu u t-tenura li huma affettwati mill-qtugħ tal-injam;
  • kummerċ u dwana, f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-foresti.