Dikjarazzjoni ta' ċaħda: is-sit jirrifletti s-sitwazzjoni
fil-15/03/2013 u l-aġġornament għaddej il-ħin kollu.
Hi disponibbli informazzjoni aktar riċenti fi http://ec.europa.eu/
environment/forests/timber_regulation.htm

Mogħdija tan-navigazzjoni

Inti tinnegozja fl-injam?

Inti smajt? Fit-3 ta' Marzu 2013, sejjer jidħol fis-seħħ Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR) sabiex titwaqqaf iċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' injam maqtugħ illegalment.

Skont l-EUTR, it-tqegħid fis-suq tal-UE ta' injam maqtugħ illegalment u ta' prodotti miksubin minn injam bħal dan huwa pprojbit. Ir-Regolament japplika għal injam u għal prodotti tal-injam li jitpoġġew għall-ewwel darba fis-suq tal-UE.