Mogħdija tan-navigazzjoni

High level navigation

Page navigation

Għodod addizzjonali

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
Jekk jogħġbok innota li aktar informazzjoni hija disponibbli fil-verżjoni Ingliża ta’ din il-paġna!

L-Unjoni Ewropea (UE) u l-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Salvaġġi

RhinosKull sena, il-kummerċ fl-ispeċi tal-annimali u l-pjanti salvaġġi huwa stmat li jlaħħaq il-biljuni ta’ Ewro u jinkludi mijiet ta’ miljuni ta’ speċi ta’ annimali u pjanti. Il-kummerċ huwa diversifikat, u jlaħħaq minn annimali u pjanti ħajjin, għal prodotti li jiġu minnhom, li jinkludu prodotti tal-ikel, prodotti tal-ġlud, injam u mediċinali.

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi ta’ Fawna u Flora Salvaġġi li huma fil-Periklu (CITES), li ġiet iffirmata fl-1973, għandha l-għan li tiżgura li l-kummerċ internazzjonali fi speċi ta’ annimali u pjanti salvaġġi ma tkunx ta’ detriment għall-ħarsien tagħhom. Din il-konvenzjoni tipprovdi livelli differenti ta’ protezzjoni għal aktar minn 30,000 speċi ta’ annimali u pjanti. CITES taħdem sabiex il-kummerċ internazzjonli ta’ speċi mħarsa tkun suġġetta għal kontrolli speċifiċi. Dawn jinkludu sistema ta’ liċenzjar, fejn jeħtieġ li jkun hemm awtorizzazzjoni għall-importar u (ri-)esportar ta’ dawk l-ispeċi li huma mħarsa taħt il-Konvenzjoni. L-ispeċi li huma mħarsa permezz tas-CITES, li tatihom livelli differenti ta’ protezzjoni, huma miġbura fi tliet Appendiċi.

Aktar informazzjoni dwar il-kummerċ ta’ speċi salvaġġi fl-UE hija inkluża fuq dawn il-paġni.

Jekk jogħġbok innota li informazzjoni dettaljata hija provduta bl-Ingliż biss. Is-sommarji huma provduti fil-lingwi uffiċjali l-oħra tal-UE. Il-verżjonijiet b’lingwi diversi huma aċċessibbli permezz tal-lista aktar ’il fuq u dawn ikunu disponibbli ladarba t-traduzzjonijiet ikunu pprovduti.

L-informazzjoni fuq dawn il-paġni hija provduta bħala gwida biss u mhijiex interpretazzjoni definitiva tal-liġi tal-UE. Il-Qorti Ewropea biss hija kompetenti li tipprovdi interpretazzjoni tal-liġi tal-UE.

Jekk jogħġbok innota li aktar informazzjoni hija disponibbli fil-verżjoni Ingliża ta’ din il-paġna!