Mogħdija tan-navigazzjoni

High level navigation

Page navigation

Għodod addizzjonali

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
Jekk jogħġbok innota li aktar informazzjoni hija disponibbli fil-verżjoni Ingliża ta’ din il-paġna!

Grupp ta’ Infurzar

Caviar credit: Dr. Ute GrimmRegolament tal-Kunsill (KE) Numru 338/97 jistabbilixxi Grupp ta’ Infurzar ippresedut mill-Kummissjoni Ewropea u jinkludi rappreżentanti minn kull Awtorità tal-Istati Membri li għandhom ir-responsabbiltà tal-monitoraġġ għall-konformità mar-Regolamenti, bħad-Dwana, il-Pulizija u l-Ispettorati għall-ħarsien tal-Ħajja Salvaġġa.

Il-grupp jagħmel monitoraġġ u jagħti rakkomandazzjonijiet sabiex jittejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ tal-ħajja salvaġġa fl-Istati Membri tal-UE. Huwa jippromwovi l-kollaborazzjoni bejn l-Istati sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw traffiku illegali tal-ħajja salvaġġa. Il-grupp jiltaqa’ fuq medja ta’ darbtejn fis-sena ġewwa Brussell. Il-Kummissjoni Ewropea twassal l-opinjonijiet tal-Grupp lill-Kumitat tal-Kummerċ dwar il-Fawna u l-Flora Salvaġġa.

 

Jekk jogħġbok innota li aktar informazzjoni hija disponibbli fil-verżjoni Ingliża ta’ din il-paġna!