Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Insalvaw l-ibħra

Is-sajd żejjed wassal biex kważi nofs l-istokkijiet Ewropej issa jinsabu taħt il-limiti ta' sikurezza, u jekk inkomplu nistadu kif qed nagħmlu, il-ħut tad-dinja jista' jikkollassa sal-2050.

Is-sajd jolqot mhux biss speċijiet fil-mira iżda wkoll kreaturi oħra li jinqabdu fix-xbieki (qabdiet inċidentali). Xi metodi oħra tas-sajd jheddu l-fawna selvaġġa bħad-dniefel, il-fkieren u l-għasafar, li jitgħaqqdu fix-xbieki.
It-tkarkir tal-qiegħ jista' jikkawża ħsara estensiva ma’ qiegħ il-baħar u sinifikattivament jibdel l-istruttura tal-komunitajiet tal-annimali li jgħixu fihom.

Jekk irridu li l-industrija tagħna tas-sajd issir sostenibbli, se jkollna bżonn nevalwaw l-istokkijiet sew u namministrawhom b’mod aktar effettiv.
L-attivitajiet tal-bniedem introduċew firxa wiesgħa ta’ kontaminanti u nutrijenti fl-ambjent.

Kontaminanti bħall-merkurju jistgħu jidħlu fil-katina alimentari u jinstabu fil-ħut u ikel tal-baħar li nieklu, b'perikli ovvji għas-saħħa. Nutrijenti bħan-nitrati jistgħu jwasslu għat-tkabbir rapidu tal-alka. Meta l-alka tiddekomponi, din tuża l-ossiġnu fl-ilma, li jwassal biex ħafna speċijiet imutu.

L-iskart fil-baħar jew “plastic soup” huwa theddida għall-ħajja naturali minħabba li l-għasafar tal-baħar jistgħu jaħsbu li dawn il-frammenti huma ikel. Tista’ wkoll twassal biex jinqabdu kreaturi bħal fkieren f’tagħmir tas-sajd mitluf.

Speċi mhux indiġeni huma speċijiet mhux nattivi għar-reġjun iżda li jew spiċċaw hemmhekk aċċidentalment (mill-ilma tas-saborra fil-vapuri, pereżempju) jew ġew introdotti deliberatament. Hemm minnhom li mbagħad jimmultiplikaw u jsiru “invażivi” fuq speċi nattivi.

Eżempju wieħed huwa l-bram Mnemiopsis leidyi. Dan l-annimal karnivoru ġie introdott fil-Baħar l-Iswed fl-1982 u żdied ħafna. Jiekol żooplankton u larvi tal-ħut u huwa fost l-ogħla predatur fi tmiem il-katina alimentari.

Minħabba li l-klima tal-Ewropa qed tisħon se jsir aktar faċli għal speċijiet tropikali biex jgħixu hawnhekk. Dan jikkawża theddidiet ġodda fl-ibħra tal-Ewropa.