Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Segwina

Facebook

Inżommu l-ilma nadif

Kontrolli legali stretti jillimitaw kimiċi u fertilizzanti li jistgħu jitkaxkru bl-ilma mir-raba' fin-nixxiegħat u x-xmajjar.

It-titjib tal-kwalità tal-ilma jinsab fil-qalba tal-politika dwar l-ilma tal-UE. Matul is-snin, bosta mix-xmajjar tal-Ewropa, nixxiegħat, lagi u ilmijiet kostali tniġġsu u l-ekosistemi tal-ilma ġew affettwati mit-tibdiliet fil-mogħdijiet tal-ilma navigabbli tagħna, għalhekk l-UE għandha miżuri biex jgħinu l-ilmijiet jirritornaw lejn l-istat naturali tagħhom.

Il-Kummissjoni tirċievi rapporti regolari dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb minn Stati Membri u tanalizzahom mill-qrib. Il-biċċa l-kbira tal-UE għandha ilma tax-xorb bi kwalità eċċellenti, għalkemm is-sitwazzjoni mhix daqstant pożittiva fiż-żoni rurali.

L-irziezet jistgħu jkunu sors ewlieni ta' tniġġis, billi l-fertilizzanti, id-demel u l-pestiċidji jitkaxkru mal-ilma fix-xmajjar, in-nixxiegħat u l-lagi. Fl-għelieqi dawn jagħtu spinta t-tkabbir tal-uċuħ tar-raba', iżda fl-ilma jistgħu jikkawżaw żieda serja ta' alka. Din tnaqqas il-livell tal-ossiġnu fl-ilma, tifga l-ħut u kreaturi oħrajn. Għalhekk kontrolli stretti jinsabu fis-seħħ dwar dak li jiġi mifrux fl-għelieqi, u meta jsir dan.

Il-kimiċi użati biex jinqatlu parassiti u pjanti mhux mixtiqin jistħgu jikkawżaw ukoll effetti devastanti fuq pjanti u kreaturi li jgħixu fl-ilma. Dan hu għaliex il-bexx fl-arja hu pprojbit, u l-mogħdijiet tal-ilma naviggabbli huma protetti b'żoni ta' lqugħ.

Uħud mill-industriji jipproduċu sustanzi li jagħmlu ħsara lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, iżda liġijiet stretti u teknoloġiji aktar nodfa naqqsu t-tniġġis tal-ilma kkaġunat mill-industrija.

L-ilma mormi hu pproċessat biex titneħħielu l-materja organika, u bosta minnu jiġi diżinfettat jew ipproċessat biex jitneħħewlu n-nutrijenti. Iżda bosta żoni tal-Ewropa għad jeħtiġilhom itejbu l-ġbir u l-ipproċessar tad-drenaġġ.

Il-bnedmin jistgħu wkoll ikunu sors dirett ta' tniġġis. Nużaw il-farmaċewtiċi, u jekk dawn ma jintremewx b'mod xieraq, jistgħu jispiċċaw fil-ħamrija, ix-xmajjar u l-lagi, b'konsegwenzi ħżiena għall-pjanti u l-annimali.

Iżda l-biċċa l-kbira tal-ilmijiet li fihom jista' jsir l-għum fl-UE huma attwalment nodfa – u l-perċentwali ta' siti ta' ilma ħelu li fihom isir l-għum li jikkwalifikaw għal quċċata tal-kategorija kważi rdoppja bejn l-1990 u l-2009.