Mogħdija tan-navigazzjoni

Industriji bbażati fuq foresti: Injam, Karta, Stampar

Industriji li huma bbażati fuq foresti jinkludu l-industriji ta' xogħol bl-injam Deutsch (de) English (en) français (fr) , industriji tal-polpa u tal-karta Deutsch (de) English (en) français (fr) u l-industriji tal-istampar Deutsch (de) English (en) français (fr) . Bħala l-materja prima prinċipali tagħhom dawn jużaw injam, karta jew karta u injam irkuprat. Jinkludu wkoll setturi speċjalizzati bħas-sufra.

L-industriji bbażati fuq il-foresti tal-UE huma kompetittivi, bi prestazzjoni teknika u kummerċjali tajba ħafna. Is-setturi tal-polpa u l-karta, tax-xogħol bl-injam u tal-istampar huma mexxejja dinjija f'bosta oqsma. Madankollu, is-settur jaffaċċja għadd ta' sfidi, inkluż l-aċċess għal materja prima Deutsch (de) English (en) français (fr) , tibdil fil-klima Deutsch (de) English (en) français (fr) , innovazzjoni Deutsch (de) English (en) English (en) français (fr) , il-kummerċ u l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti bbażati fuq foresti. Għal xogħol bl-injam u stampar, id-dimensjoni tal-SME hija relevanti ħafna. Bosta partijiet ta' dawn l-industriji għandhom rwol essenzjali fiż-żamma ta' impjiegi sostennibbli f'żoni rurali.

Fil-Komunikazzjoni dwar l-Industriji Innovattivi u Sostennibbli fl-UE bbażati fuq il-Foresti English (en) , il-Kummissjoni tipproponi linji gwida politiċi maġġuri li jiżguraw approċċ koerenti lejn it-tisħiħ ta' pożizzjoni kompetittiva ta' industriji tal-UE bbażati fuq il-foresti filwaqt li tintegra l-objettivi ta' tibdil fil-klima fl-istrateġija industrijali.

Il-Kummissjoni stabbiliet Kumitat għall-Politika tal-Komunità dwar il-Forestrija u l-Industriji bbażati fuq il-Forestrija, li jgħin lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-politika tal-Komunità dwar il-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-foresti.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna