Ġugarelli

Fl-UE, hemm madwar 80 miljun tifel/tifla taħt l-14-il sena, u madwar 2,000 kumpanija li jħaddmu aktar minn 100,000 persuna direttament fis-settur tal-ġugarelli u l-logħob, li ħafna minnhom huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs).
Il-ġugarelli u l-logħob huma għodod vitali għall-iżvilupp tat-tfal. Filwaqt
li l-fabbrikanti huma responsabbli għas-sigurtà tal-prodotti tagħhom,
l-importaturi, il-korpi
notifikati
u l-awtoritajiet nazzjonali lkoll għandhom rwol biex jiżguraw li
l-ġugarelli mibjugħin fil-ħwienet tal-Ewropa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha
tas-sigurtà.
Huwa vitali li jiġi żgurat li r-rekwiżiti u l-istandards tas-sigurtà jlaħħqu mal-aħħar tendenzi tal-ġugarelli, b'mod speċjali minħabba li l-ħin kollu qegħdin jiġu żviluppati materjali u proċessi ta' manifatturar ġodda.
Is-suq intern għall-ġugarelli kkontribwixxa b'mod pożittiv għall-iżvilupp
tas-settur u għall-protezzjoni tal-konsumatur, billi armonizza l-karatteristiċi
tas-sigurtà tal-ġugarelli madwar l-UE kollha. Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ġugarelli
l-ġdida ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar
l-infurzar u r-rekwiżiti l-ġodda dwar is-sigurtà, filwaqt li tiżgura li t-tfal
ikomplu jibbenefikaw mill-ogħla livelli ta' protezzjoni.
Id-Direttiva l-ġdida ttejjeb ir-regoli eżistenti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġugarelli prodotti fi jew importati fl-UE, u għandha l-għan li tnaqqas l-inċidenti relatati mal-ġugarelli u li tikseb benefiċċji fit-tul għas-saħħa.
Illum, l-isħab kummerċjali l-iktar importanti tal-Ewropa jibqgħu l-USA għall-esportazzjoni, u l-Lvant Imbiegħed għall-importazzjoni. Waħda mill-opportunitajiet ewlenin għall-industrija tal-ġugarelli Ewropea hija l-potenzjal tal-esportazzjoni ta' prodotti Ewropej ta' kwalità għolja, li l-Kummissjoni tappoġġja billi ttejjeb il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq f'pajjiżi terzi.
European Toy Safety Campaign
-
Ensuring toy safety for our children

The European Commission launched a campaign intended to show how to get the safest toys, and how to use them safely.
Kontenut ewlieni
Kuntratti u għotjiet
-
Żmien ta’ skadenza: 30/09/2013
-
Żmien ta’ skadenza: 30/06/2014
Economist Visitors Programme to support the work of the Competitiveness Report (2011-2014)





