Mogħdija tan-navigazzjoni

Turiżmu

Konsultazzjoni Miftuħa dwar l-Inizjattiva ta' Tikketta tat-Turiżmu Ewropew għal Sistemi ta' Kwalità

Qasam/Oqsma ta' Politika

Intrapriża

Grupp(i) fil-mira

Organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, individwi.

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mit-13.04.2012 sat-13.07.2012 - Din il-konsultazzjoni bħalissa magħluqa

Għan tal-konsultazzjoni

Bħalissa hemm varjetà wiesgħa ta' inizjattivi pubbliċi u privati bl-għan li jiddefinixxu l-prinċipji u l-kriterji biex jintużaw mill-partijiet interessati fit-turiżmu Ewropew biex jiġi żgurat l-iżvilupp u l-provvediment ta' turiżmu ta' kwalità fi ħdan l-UE.

Madankollu, dawn is-sistemi ta' kwalità ħafna drabi ftit li xejn huma konsistenti u koordinati peress li normalment jiffukaw fuq għanijiet individwali settorjali jew territorjali mingħajr ma jimxu ma' strateġija Ewropea integrata.
Din il-frammentazzjoni tippreżenta ostaklu biex jintlaħaq livell ugwali fl-UE għall-provvediment ta' servizz tat-turiżmu ta' kwalità għolja fl-Ewropa, u x'aktarx li ddgħajjef il-kompetittività tas-settur tat-turiżmu Ewropew.

L-għan ta' din il-konsultazzjoni hu li jinġabru l-opinjonijiet ta' ċirku wiesa' ta' partijiet interessati pubbliċi u privati u ta' individwi dwar azzjoni li tista' tittieħed mill-UE.

Bħala azzjoni possibbli, il-Kummissjoni qed tipprevedi proposta għal Tikketta tat-Turiżmu Ewropew għal Sistemi ta' Kwalità, b'potenzjal li ġġib iktar trasparenza u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-kwalità fil-livell Ewropew.

It-tikketta Ewropea għandha tirrikonoxxi s-sistemi ta' turiżmu ta' kwalità eżistenti u futuri li jikkonformaw mal-kriterji Ewropej komuni.

Ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni għandhom jgħinu jevalwaw l-impatti tal-inizjattiva proposta.

Il-partijiet interessati kollha huma mistednin jesprimu l-opinjonijiet tagħhom billi jwieġbu l-kwestjonarju.

Barra dan, kwestjonarju tal-konsumatur se jkun disponibbli minn dan il-websajt lejn l-aħħar ta' April 2012.

Kif tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek

L-individwi u l-organizzaturi kollha jistgħu jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni.

Il-kontribuzzjonijiet li nirċievu se jkunu ppubblikati fuq l-Internet.
Qabel tipparteċipa, jekk jogħġbok aqra d-dikjarazzjoni speċifika dwar il-privatezza ta' din il-konsultazzjoni għal informazzjoni dwar kif se jiġu trattati d-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet (inklużi l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, in-negozji, ...) huma mistednin jipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni rilevanti dwarhom billi jirreġistraw fir-Reġistru għat-Trasparenza u jimxu mal-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu.
  • Jekk int diġà rreġistrat, jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni tiegħek u n-numru tal-ID tar-Reġistru fl-ewwel paġna tal-kontribuzzjoni tiegħek. Il-kontribuzzjoni tiegħek imbagħad titqies li tirrappreżenta l-opinjonijiet tal-organizzazzjoni tiegħek.
  • Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix irreġistrata, tista' tirreġistra issa.
    Imbagħad erġa' lura f'din il-paġna biex tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni rreġistrata.
  • It-tweġibiet mill-organizzazzjonijiet mhux irreġistrati jiġu ppubblikati separatament.

Il-Kummissjoni titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jissottomettu kummenti fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku bl-informazzjoni dwar lil min u x'jirrappreżentaw.
Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, skont il-politika tal-Kummissjoni, dawn il-kontribuzzjonijiet jitqiegħdu f'lista ta' kontriubzzjonijiet individwali. (Standards dwar il-Konsultazzjonijiet, ara COM (2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM (2007) 127 tal-21/03/2007).

Il-persuni li jwieġbu, li ma jixtiqux iħallu isimhom imniżżel fuq il-websajt għandhom jiddikjaraw dan b'mod espliċitu u ċar fit-tweġiba tagħhom.
F'dan il-każ il-kontribuzzjoni tagħhom tiġi ppubblikata bħala tweġiba anonima u kull referenza diretta għall-identità tagħhom titħassar mid-dokument.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni

  • Ara d-dokument ta' konsultazzjoni pdf - 25 KB [25 KB] English (en)

Ara l-kwestjonarju

  • Il-kwestjonarju hu disponibbli bl-Ingliż msw8 - 187 KB [187 KB] English (en) .

Dokumenti ta' referenza

Dettalji ta' kuntatt

Servizz responsabbli

DĠ Intrapriża u Industrija, Unità E/1: L-iżvilupp tal-Politika tat-Turiżmu

email

entr-tourism-consultation@ec.europa.eu

Indirizz

European Commission, B100 04/004, B-1049 Brussels, Belgium

Ara l-kontribuzzjonijiet

Dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni pdf - 17 KB [17 KB] English (en)

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Analiżi tar-risposti pdf - 857 KB [857 KB] English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna