Mogħdija tan-navigazzjoni

Links utli

Din il-paġna tikkonsisti f’lista ta’ links għal websajts li jikkonċernaw it-turiżmu. Fiha wieħed isib websajts uffiċjali tal- Ministeri tat-turiżmu tal-Istati Membri kollha, u tal- Istati tal-EFTA. Barra minn hekk, tinkludi links għal organizzazzjonijiet nazzjonali tat-turiżmu, istituzzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll għal websajts rilevanti oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

 MINISTERI NAZZJONALI TAL-ISTATI MEMBRI

L-AwstrijaIl-Belġju (Ir-Reġjun ta’ Brussell)Il-Belġju (Fjandri)
Il-Belġju (Komunità Ġermaniża)Il-Belġju (Wallonja)Il-Bulgarija
ĊipruIr-Repubblika ĊekaId-Danimarka
L-EstonjaFranzaIl-Finlandja
Il-ĠermanjaIl-GreċjaL-Ungerija
L-IrlandaL-ItaljaIl-Latvja
Il-LitwanjaIl-LussemburguMalta
L-OlandaIl-PolonjaIl-Portugall
Ir-RumanijaIr-Repubblika SlovakkaIs-Slovenja
SpanjaL-IżvezjaIr-Renju Unit

 EEA/EFTA

L-IżlandaIn-NorveġjaIl-LiechtensteinL-Iżvizzera

 ORGANIZZAZZJONIJIET NAZZJONALI TAT-TURIŻMU

Mill-websajt tal- Kummissjoni Ewropea għall-Ivvjaġġar

 ISTITUZZJONIJIET TAL-UE

Parlament Ewropew:Kunsill tal-UEKumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-PEKumitat tar-ReġjuniEUROSTAT
- Reġistru ta’ dokumenti tal-PE  

 ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Kunsill tal-EwropaOECDUNEP
UNESCOOrganizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu 

 ASSOĊJAZZJONIJIET EWROPEJ U INTERNAZZJONALI

ACIKunsill Internazzjonali tal-Ajruporti

Il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti (ACI) huwa l-unika assoċjazzjoni professjonali dinjija tal-operaturi tal-ajruporti.

AERAssemblea tar-Reġjuni Ewropej

L-AER tagħti leħen lill-interessi ta’ aktar minn 250 Reġjun minn 32 pajjiż fl-Ewropa. Qrib iċ-ċittadini tagħhom, ir-Reġjuni għandhom ħeġġa biex jimplimentaw politika sostenibbli li ġġib żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali lill-komunitajiet tagħhom. It-turiżmu sar għodda siewja ferm fl-għoti ta’ valur lil inizjattivi lokali u fil-promozzjoni tal-iżvilupp ambjentali u din hija r-raġuni l-għala l-AER qiegħda tagħmel ħilitha kollha biex tgħin lill-membri tagħha jibnu prassi ta’ turiżmu sostenibbli.

AEAAssoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej

L-AEA – l-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej – tlaqqa’ flimkien 31 linja tal-ajru ewlenin, u ilha l-leħen ta’ fiduċja tal-industrija tal-linji tal-ajru Ewropej għal aktar minn 50 sena.

BEUCL-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi

Federazzjoni ta’ 40 organizzazzjoni nazzjonali u indipendenti fl-Ewropa.

BITS –Burò Internazzjonali tat-Turiżmu Soċjali

Organizzazzjoni dinjija tat-turiżmu, il-BITS tinkludi aktar minn 145 stabbiliment membru minn kważi 40 pajjiż differenti.

CECTAAssoċjazzjoni tal-Ivvjaġġar tal-Pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali

Din hija organizzazzjoni ġenerali, fil-qalba tal-Ewropa l-Ġdida, li tiġbor flimkien l-interessi kollettivi tal-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Polonja u l-industrija tal-ivvjaġġar li taqdihom. 

ATLASAssoċjazzjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-Edukazzjoni b’Divertiment

L-ATLAS tipprovdi forum li jippromwovi skambji ta’ persunal u studenti, riċerka transnazzjonali u li jiffaċilita l-iżvilupp tal-kurrikulu u dak professjonali. Bħalissa l-ATLAS għandha membri f’aktar minn 70 pajjiż.

EFCTFederazzjoni Ewropea tal-Irħula Konferenzjali

L-unika federazzjoni Ewropea tal-Uffiċċji għall-Konvenzjonijiet u hija għajn ta’ informazzjoni rapida, preċiża u indipendenti fit-tfittxija ta’ destinazzjonijiet fl-Ewropa minn 90 destinazzjoni fi 30 pajjiż Ewropew!

euroARTEuropean Federation of Artists' Colonies (Federazzjoni Ewropea ta’ Kolonji ta’ Artisti)

Villaġġi ta’ artisti joffrulek żoni fejn, lil hinn mill-ibliet il-kbar, huma tiżwiqa unika ta’ arti, kultura, tradizzjoni raħlija u kampanja rurali – kollox f’isem it-turiżmu kulturali!

ENATNetwerk Ewropew għal Turiżmu Aċċessibbli

L-ENAT huwa netwerk Ewropew magħmul minn aktar minn 180 organizzazzjoni membru li huma konċernati direttament mal-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ destinazzjonijiet, prodotti u servizzi turistiċi, aċċessibbli għal turisti ta’ kull età u abbiltà.

ERAAssoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru tar-Reġjuni Ewropej

L-ERA kibret u issa tirrappreżenta aktar minn 220 kumpanija u hija l-unika entità fl-Ewropa li tirrappreżenta l-interessi tal-industrija tat-trasport tal-ajru intra-Ewropew.

ETAGEuropean Travel & Tourism Action Group (Grupp ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ivvjaġġar u t-Turiżmu

Grupp li jfittex li jidentifika u jippromwovi l-interess komuni fl-iżvilupp tat-turiżmu li jgħaqqad it-taqsimiet kollha flimkien biex jinkoraġġixxi komunikazzjoni u kooperazzjoni teknika effikaċi bejn il-gvernijiet, l-aġenziji nazzjonali tat-turiżmu u l-interessi operattivi tat-turiżmu fis-setturi pubbliċi u privati.

ETOAAssoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi tal-Ivvjaġġar

Assoċjazzjoni kummerċjali pan-Ewropea għal kumpaniji tat-Turiżmu Ewropej b’aktar minn 400 membru.

ITTFAAssoċjazzjoni Ewropea tal-Fieri Kummerċjali tat-Turiżmu

Tiġbor flimkien uħud mill-aħjar esibizzjonijiet tat-turiżmu fid-dinja.

EUFEDEU Federation of Youth Hostel Association (Federazzjoni tal-UE tal-Assoċjazzjoni tal-Ħostels taż-Żgħażagħ)

L-EUFED hija l-Federazzjoni li tirrappreżenta l-interessi, fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, tal-Assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-Ħostels taż-Żgħażagħ tal-Ewropa, kif ukoll liż-żgħażagħ li joqogħdu fil-Ħostels taż-Żgħażagħ.

EURADAAssoċjazzjoni Ewropea ta’ Aġenziji għall-Iżvilupp

Organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt li, bħala kunċett, għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku reġjonali permezz ta’ djalogu mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea, skambju ta’ prassi tajba bejn il-membri, koperazzjoni trans-nazzjonali bejn il-membri, u aġenziji ta’ żvilupp reġjonali. L-EURADA tiġbor madwar 150 aġenzija ta’ żvilupp minn 25 pajjiż kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Eurochambres

L-Assoċjazzjoni tal-Kmamar Ewropej tal-Kummerċ u l-Industrija tirrappreżenta 44 assoċjazzjoni nazzjonali tal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-Industrija, netwerk Ewropew ta’ 2000 Kamra reġjonali u lokali b’aktar minn 18-il miljun intrapriża membru fl-Ewropa.

EuroCommerce

EuroCommerce tirrappreżenta l-kummerċ internazzjonali, bl-ingrossa u bl-imnut fl-Ewropa u tinkludi aktar minn 100 membru, partikolarment federazzjonijiet kummerċjali minn 28 pajjiż Ewropew, assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali li jirrappreżentaw fergħat speċifiċi tal-kummerċ u ditti u kumpaniji individwali.

EUROGITES

Federazzjoni Ewropea għat-Turiżmu fl-Irziezet u fil-Villaġġi

ECHOREuropean Castle Hotels and Restaurants (Kastelli Ħotels u Ristoranti Ewropej)

Promozzjoni tat-turiżmu fil-Kastelli

EUTOUffiċjali tat-Turiżmu tal-UE

L-EUTO hija organizzazzjoni li trawwem netwerking trans-nazzjonali bejn l-amministrazzjonijiet medjani u dawk għoljin Ewropej kollha li huma involuti prinċipalment fil-ħidma tal-promozzjoni u tal-iżvilupp tat-turiżmu.

UEAPMEAssoċjazzjoni Ewropea tal-SMEs tal-Artiġjanat.

Din hija organizzazzjoni li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt u li mhijiex partiġġjana ta’ dawk li jħaddmu li tirrappreżenta l-interessi tal-artiġjanat, in-negozju u tal-SMEs Ewropej fil-livell tal-UE.

Turiżmu fil-Bliet Ewropej

Netwerk ewlieni u professjonali tat-turiżmu li jipprowovi u jgħaqqad l-interessi tat-turiżmu fl-ibliet Ewropej. In-netwerk jgħaqqad aktar minn 105 ibliet ewlenin minn 30 pajjiż.

HOTREC - Ħotels, Ristoranti u Kafeteriji fl-Ewropa

HOTREC tirrappreżenta ħotels, ristoranti u kafeteriji fl-Unjoni Ewropea.

IAAPAAssoċjazzjoni Internazzjonali tal-Parks tad-Divertiment u Attrazzjonijiet

Assoċjazzjoni li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt u li taħdem minn wara l-kwinti biex tgħin lis-sidien tal-attrazzjonijiet fit-tmexxija mingħajr skossi u bi profitt tan-negozju tagħhom. Minn

IACAAssoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportaturi bl-Ajru

L-IACA tirrappreżenta 39 linja tal-ajru li joperaw b’aktar minn 850 ajruplan tal-aktar teknika avvanzata u ambjentalment effikaċi u li jimpjegaw direttament aktar minn 50,000 persuna

IATAAssoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru

Din hija l-mezz ewlieni għall-koperazzjoni bejn il-linji tal-ajru fil-promozzjoni ta’ servizzi tal-ajru sikuri, affidabbli, mingħajr periklu u ekonomiċi. Illum għandha aktar minn 270 Membru minn aktar minn 140 pajjiż f’kull parti tad-dinja.

IATANInternational Airlines Travel Agents Network (Netwerk Internazzjonali tal-Linji tal-Ajru u tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar)

L-IATAN tipprovdi konnessjoni importanti bejn il-komunità tal-fornituri u n-netwerk tad-distribuzzjoni tal-ivvjaġġar tal-Istati Uniti.

IATMInternational Association of Tour Managers (Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Amministraturi tat-Tours

Assoċjazzjoni Professjonali ta’ Amministraturi tat-Tours (Membri Attivi), li twaqqfet aktar minn erbgħin sena ilu u li għandha membri mad-dinja kollha.

ICCKmamar Internazzjonali tal-Kummerċ

L-ICC (Kmamar Internazzjonali tal-Kummerċ) hija l-leħen tan-negozju dinji li tappoġġja l-ekonomija globali bħala forza għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta’ impjiegi u l-prosperità.

ICCLKunsill Internazzjonali tal-Cruiseliners

Il-missjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Linji tal-Cruiseliners (ICCL) hija li jipparteċipa fil-proċess regolatorju u tal-iżvilupp tal-politika u li jippromwovi l-miżuri kollha li jrawwmu ambjent sikur, bla periklu u b’saħħtu fuq il-bastimenti tal-cruiseliners.

ICOMOSKunsill Internazzjonali tal-Monumenti u tas-Siti

ICOMOS hija organizzazzjoni internazzjonali u mhux governattiva ta’ professjonisti, ddedikata għall-konservazzjoni tal-monumenti u s-siti storiċi tad-dinja.

IFITTFederazzjoni Internazzjonali għall-IT u għall-Ivvjaġġar u t-Turiżmu

Il-Federazzjoni Internazzjonali għall-IT u għall-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (IFITT) għandha l-għan li tippromwovi diskussjoni internazzjonali dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni fil-qasam tat-turiżmu

IHRAAssoċjazzjoni Internazzjonali tal-Ħotels u r-Ristoranti

Organizzazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta l-industrija tal-ospitalità mad-dinja kollha.

IRUUnjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq

Permezz tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħha f’kull kontinent, l-IRU titkellem għall-industrija kollha tat-trasport bit-triq. Tassisti lill-operaturi tal-karozzi tal-linja u tal-kowċis kif ukoll tat-taxis u t-trakkijiet fid-dinja kollha u tinformahom dwar żviluppi li jaffettwaw in-negozju tagħhom.

ITFFederazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema fit-Trasport

624 unjoni li jirrappreżentaw 4,500,000 ħaddiem involuti fit-trasport f’142 pajjiż huma membri tal-ITF. Hija waħda minn għadd ta’ Federazzjonijiet għall-Unjoni Globali alleati mal-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions Ħielsa (ICFTU)

IUFUnjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema fis-Settur tal-Ikel, l-Agrikoltura, Ħotels, Ristoranti, Kejtering, Tabakk u Alleati

Bħalissa l-IUF hija magħmula minn 336 trade-union f’120 pajjiż u tirrappreżenta sħubija kombinata ta’ aktar minn 12-il miljun ħaddiem. Hija bbażata f’Ġinevra, fl-Iżvizzera

CABITuriżmu ta’ Divertiment

Id-database tat-turiżmu ta’ divertiment tagħti aċċess rapidu għal-riċerka dwar il-ħin liberu, ir-rikreazzjoni, it-turiżmu u l-ospitalità. Is-sit jospita informazzjoni li turi u tirrifletti l-aktar żviluppi reċenti fir-riċerka f’oqsma ewlenin tal-industrija – billi tagħti lill-kontenut valur veru ta’ riċerka.

OTEOrganizzazzjoni għat-Timesharing fl-Ewropa

L-OTE hija Organizzazzjoni ta’ sħubija diretta b’aktar minn 130 membru mis-setturi kollha tal-industrija mal-Ewropa kollha, li tinkludi żviluppaturi ta’ postijiet ta’ villeġġjatura, kumpaniji ta’ skambju, kumpaniji ta’ amministrazzjoni u promozzjoni, depożitarji, istituzzjonijiet ta’ finanzjament u kumpaniji għall-bejgħ mill-ġdid.

ECTAAAġenti tal-Ivvjaġġar u Operaturi tat-Tours fl-Ewropa

Grupp ta’ Assoċjazzjonjiet Nazzjonali ta’ Aġenti tal-Ivvjaġġar u ta’ Operaturi tat-Tours fi ħdan l-UE u organizzazzjoni internazzjonali li ma tagħmilx profitt, inkorporata fil-liġi Belġjana, ibbażata fi Brussell. Tirrappreżenta l-interessi ta’ aktar minn 120,000 aġenzija tal-ivvjaġġar u operaturi tat-tours li jaqdu kemm ivvjaġġar lejn kif ukoll ’il barra mill-pajjiż.

UNI - Netwerk Internazzjonali ta’ Unions

Organizzazzjoni reġjonali u globali għal Trade Unions f’ekonomija ta’ servizzi globali.

UNI EUROPA - Netwerk Internazzjonali ta’ Unions

Fl-Ewropa, b’seba’ miljun membru, UNI-Europa hija sieħeb ewlieni fit-trade unions fi Brussell.

WATAAssoċjazzjoni Dinjija tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenziji tal-Ivvjaġġar

Netwerk globali ta’ Esperti tal-Ivvjaġġar. Il-WATA hija rreġistrata bħala assoċjazzjoni skont il-Liġi Ċivili Żvizzera u hija essenzjalment organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt.

WTTCKunsill Dinji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu

Il-WTTC huwa l-forum għall-mexxejja kummerċjali dinjija li jinkludi l-presidenti, iċ-chairpersons u s-CEOs ta’ 100 mill-aqwa kumpaniji tad-dinja. Huwa l-uniku korp li jirrappreżenta s-settur privat fil-partijiet kollha tal-industrija tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu mad-dinja kollha.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2012 | Fuq