Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Mellieħa u l-Irħajjel tal-Manikata (Malta)

Bit-temp Mediterraneju meraviljuż tagħha, il-Mellieħa hija destinazzjoni tal-ħolm għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu x-xemx. Ix-xtut li jdawru l-kosta tal-Mellieħa huma wħud mill-aqwa tad-dinja. Jinstabu l-attivitajiet kollha “ta’ divertiment taħt ix-xemx”, flimkien ma’ ristoranti, divertiment bil-lejl u akkomodazzjoni mill-aqwa.

Għal dawk il-viżitaturi li qegħdin ifittxu kultura mhux relatata max-xtut, il-Mellieħa hija mogħnija b’siti arkeoloġiċi. Il-knisja sabiħa tal-Madonna tal-Mellieħa, hija waħda mill-ġawhriet ta’ Malta. Din inbniet ftit wara li l-Kavallieri reġgħu stabbilew mill-ġdid lill-gżira fis-seklu 16. Kull sena, fit-30 ta’ Awwissu, il-festa tal-Madonna tal-Vitorja tfakkar ir-Rebħa fuq l-Ottomani fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Iċ-ċelebrazzjoni tibqa’ sejra sat-8 ta’ Settembru u jingħad li din ir-rebħa għenet biex tkun salvata l-Kristjanità tal-Ewropa.

X’jagħmel speċjali lil-Lokalità tal-Mellieħa?

Festival    Il-faxxinu u l-mistika tar-reġjun huma affaxxinanti. B’popolazzjoni totali ta’ 8,200 resident, il-Mellieħa u l-Manikata joffru lill-viżitaturi esperjenza rilassanti ta’ “gżira-rurali”. Il-pajsaġġ pittoresk fuq ir-reġjun kostali ma hemmx bħalu, b’ħafna mogħdijiet li jwasslu lejn postijiet b’xeni spettakolari

’Il ġewwa, għelieqi vasti u fertili jipprovdu prodotti friski lill-ħafna ristoranti tar-reġjun. Bdiewa lokali, permezz ta’ programmi bħar-Rural Heritage Trail (Mogħdija ta’ Wirt Rurali), dan l-aħħar ingħaqdu flimkien biex iħarsu l-prattiċi tal-biedja awtentiċi u r-riżultati huma impressjonanti.

Fil-Mellieħa jinstabu wkoll ħafna speċi rari u protetti ta’ selvaġġina. Il-qrubija kbira tagħha max-xtut tattira għadd kbir ta’ għasafar ikkuluriti.

Il-poplu tal-Mellieħa qiegħed dejjem ifittex modi kif itejjeb l-art tiegħu. Prijoritajiet ewlenin fuq l-aġenda huma proġetti kbar għat-tindif ta’ rziezet abbandunati fil-kampanja u postijiet oħrajn mitluqa. Żona minn dawn, Il-Bajjad, darba kienet post fejn jintefa’ l-imbarazz li kien dejjem sejjer għall-agħar. Wara sigħat ta’ xogħol bla qies, l-għelieqi reġgħu nfetħu fl-2008 bħala għalqa tad-dwieli, siġar tal-ġnien u tal-frott.

Bosta proġetti oħra rnexxielhom jirrestawraw rziezet antiki f’akkomodazzjoni bed and breakfast. Dawn il-prattiċi uniċi jagħmlu lil din il-lokalità minn ta’ quddiem fid-dinja tal-lum ta’ pajsaġġi żviluppati mill-ġdid.

Xi tfittex matul:

  • Ir-Rebbiegħa: Mixjiet mimlija nies avventurużi għaddejjin
  • Is-Sajf: Xtut xemxin b’ramel mill-isbaħ
  • Il-Ħarifa: Ikliet fantastiċi b’ħaxix tal-istaġun
  • Ix-Xitwa: Inżul ix-xemx mill-isbaħ minn vilel max-xatt.

Ta’ importanza f’Malta:

  • Qatta’ ġimgħa ċċelebra l-festa tal-Madonna tal-Vitorja
  • Kul frawli frisk bħala kolazzjon
  • Qum f’akkomodazzjoni B&B fil-kampanja
L-aħħar aġġornament: 01/07/2011 | Fuq