Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Isla (Senglea) (Malta)

L-Isla (Senglea)

Isla (Senglea)L-Isla (jew Senglea) hija l-iżgħar fost it-Tliet Ibliet tal-Kottonera u tinsab fix-Xlokk ta’ Malta. Din il-lokalità hija waħda mill-ġojjelli misturin tal-Gżejjer Maltin, waqt li hija wkoll waħda mill-eqdem bliet li nbniet għall-ħabta tas-seklu 16. Hija tabilħaqq ġawhra magħluqa bi swar spettakulari, b’veduti dominanti li għadhom jgħassu l-Port il-Kbir bħalma kienu jgħassu sekli ilu.

Hija peniżola pjuttost ġdida li tinsab bejn Galley Port (magħruf ukoll bħala d-Daħla tad-Dockyard) fuq in-naħa ta’ Bormla u d-Daħla tal-Franċiżi. Il-belt issemmiet Isla (kelma li tfisser ‘gżira’) minħabba l-pożizzjoni ġeografika unika tagħha, peress li hija kważi maqtugħa mill-bqija tal-art tal-madwar minħabba ż-żewġ għoljiet imsejħa l-Għolja tal-Mitħna u l-Għolja ta’ San Ġiljan.

L-Isla (Senglea) hija unika

Senglea Promenade

L-attrazzjonijiet tal-belt huma l-klima moderata tagħha matul is-sena kollha, baħar kalm, pożizzjoni storika unika u monumenti arkitettoniċi. Barra minn hekk, il-wirt storiku tagħha jmur lura għal żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, li jagħmel minn din il-belt waħda miż-żoni l-aktar fortifikati f’Malta. Tinħass ukoll fil-belt influwenza reliġjuża qawwija, kif jixhed l-għadd kbir ta’ knejjes. Waħda mill-iktar knejjes famużi hija l-Bażilika tal-Madonna tal-Vitorja (il-Bambina), li nbniet fl-1581 biex titfakkar ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir.

Qabel ma titilqu, tinsewx...

  • Iżżuru l-Bażilika tal-Madonna tal-Vitorja
  • Iżżuru Ġnien il-Gardjola
  • Tmorru passiġġata mal-Promenade tal-Isla
  • Iżżuru l-Maċina (Sheer Bastion)
  • Iżżuru l-Knisja ta’ San Filep (Porto Salvo)
L-aħħar aġġornament: 01/07/2011 | Fuq