Mogħdija tan-navigazzjoni

2013 - It-turiżmu aċċessibbli

It-“turiżmu aċċessibbli” kien it-tema tal-kompetizzjoni EDEN tal-2013.

Id-destinazzjonijiet rebbieħa tal-2013 bbażaw l-offerta tat-turiżmu tagħhom fuq l-aċċessibilità għat-turisti irrispettivament mill-bżonnijiet speċjali, il-limitazzjonijiet, id-diżabilità jew l-età tagħhom.

Tqisu b'mod speċjali ħames aspetti ewlenin ta’ aċċessibilità għall-għoti tal-premju:

  • id-destinazzjoni hija mingħajr xkiel (infrastruttura u faċilitajiet);
  • id-destinazzjoni hija aċċessibbli b’mezzi ta’ trasport adatti għall-utenti kollha;
  • is-servizzi pprovduti huma ta’ kwalità għolja u mwassla minn persunal imħarreġ;
  • l-attivitajiet, il-wirjiet, l-attrazzjonijiet jippermettu l-parteċipazzjoni minn kulħadd;
  • il-kummerċjalizzazzjoni, is-sistemi ta’ bbukkjar, il-websajts u s-servizzi li jipprovdu l-informazzjoni huma aċċessibbli għal kulħadd.

Barra minn hekk, id-destinazzjonijiet kellhom jissodisfaw ukoll il-kriterji ġenerali tad-destinazzjonijiet EDEN, jiġifieri

  • “mhux tradizzjonali”, b’għadd baxx ta’ viżitaturi (meta mqabbla mal-medja nazzjonali); 
  • jimmaniġġjaw l-offerta ta' turiżmu tagħhom b’mod li tkun żgurata s-sostenibilità soċjali, kulturali u ambjentali; 
  • jiġu ġestiti permezz ta’ sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi u dawk kollha involuti fit-turiżmu fi u madwar iż-żona;
  • ikollhom fis-seħħ jew qed ilestu struttura ta' ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u strateġija definita għall-iżvilupp tat-turiżmu sostenibbli.

Is-sejħa għall-proposti kienet imnedija mill-Kummissjoni f’Marzu 2012. Il-pajjiżi parteċipanti għażlu d-destinazzjonijiet rebbieħa fost id-destinazzjonijiet kandidati, u r-rebbieħa tħabbru uffiċjalment fi Brussell fit-12 ta’ Novembru 2013.

Kuntatti

L-ismijiet ta' kuntatt għall-Uffiċjali Nazzjonali tal-Proġett li mmaniġġjaw il-kompetizzjoni fil-pajjiżi differenti huma disponibbli fuq l-Uffiċjal tal-Proġett English (en) .

Destinazzjonijiet rebbieħa

 

L-aħħar aġġornament: 19/11/2013 | Fuq