Mogħdija tan-navigazzjoni

2009 – Turiżmu u ż-żoni protetti

Il-premju l-ġdid tal-EDEN għandu jiffoka fuq il-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli f’żoni protetti. Id-destinazzjonijiet eliġibbli huma dawk iż-żoni protetti u/jew iż-żoni li jdawruhom fejn ikun ġie żviluppat prodott turistiku vijabbli ekonomikament bl-użu taż-żona protetta bħala żieda, waqt li fl-istess ħin jiġi rispettat l-ambjent protett tagħha u jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-residenti lokali u tal-viżitaturi.

Is-sejħa għall-proposti ġiet imnedija mill-Kummissjoni f’Marzu, u kien hemm 22 pajjiż li rrispondew għaliha. Dawn għandhom sa Mejju 2009 biex jagħżlu destinazzjoni rebbieħa minn fost id-destinazzjonijiet kandidati. Kull destinazzjoni għandha tirrispetta l-kriterji ġenerali li ġejjin għall-għoti tal-premjijiet:

  1. tkun destinazzjoni “mhux tradizzjonali” (il-klassifikazzjoni tad-densità tal-viżitaturi minn “baxxa” għal “baxxa ħafna” f’paragun mal-medja nazzjonali)
  2. tkun ibbażata fuq żona li hija parti min-Netwerk tan-Natura 2000 jew inkella kklassifikata bħala “żona protetta” mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali
  3. tiġġestixxi l-offerta turistika tagħha stess b’tali mod li tassigura s-sostenibbiltà soċjali, kulturali u ambjentali tagħha, bil-ġestjoni tkun sħubija bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni taż-żona protetta u dawk kollha involuti fit-turiżmu ġewwa u madwar iż-żona (eż. dawk li jipprovdu servizzi lit-turisti, komunitajiet lokali).

Sejrin jiġu stabbiliti aktar kriterji speċifiċi fuq il-livell tal-pajjiżi parteċipanti sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tad-destinazzjonijiet tagħhom.

Ir-rebbieħa sejrin jiġu ppremjati uffiċjalment u magħrufa pubblikament fil-ħarifa tal-2009.

Ġew żviluppati websajts nazzjonali biex jippromwovu l-proċess tal-EDEN.


Cyprus  

 

L-aħħar aġġornament: 18/10/2012 | Fuq