Mogħdija tan-navigazzjoni

Kif tieћu sehem

Kif tieћu sehem

Kull sena, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika sejħa waħda għall-proposti biex toffri l-appoġġ tagħha lill-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali inkarigati mit-turiżmu fl-Istati Membri (bħala regola, il-Ministri Nazzjonali jew korpi pubbliċi oħrajn bl-istess kompiti) sabiex jieħdu sehem fil-proġett u jorganizzaw proċedura tal-għażla nazzjonali. Il-Pajjiżi Kandidati jistgħu jieħdu sehem ukoll, iżda mingħajr appoġġ finanzjarju. Madankollu, huma jibbenifikaw mill-istess kondizzjonijiet u mill-attivitajiet promozzjonali tal-EDEN bħall-Istati Membri kollha tal-attivitajiet promozzjonali tal-EDEN.

Kull pajjiż li jieħu sehem fil-proġett jiġġestixxi l-proċess tal-għażla tiegħu stess matul l-ewwel nofs tas-sena. L-ewwelnett, huma jorganizzaw kampanja ta’ komunikazzjoni biex jgħarrfu lill-kandidati possibbli kollha dwar il-kompetizzjoni u mbagħad jagħżlu d-destinazzjoni rebbieħa fuq il-bażi ta’ sett ta’ kriterji tal-għoti stabbiliti kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq dak Ewropew. L-ismijiet tar-rebbieħa normalment jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel is-sajf.

Iċ-Ċerimonja Ewropea tal-Għoti tal-Premjijiet tiġi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u ssir fit-tieni nofs tas-sena.

Jekk inti tiġġestixxi destinazzjoni li temmen li jixirqilha tingħata rikonoxximent ta’ eċċellenza, tiddejjaqx tikkuntattja lill-organizzatur (l-hekk imsejjaħ “Uffiċjal tal-Proġett English (en) ”) fl-amministrazzjoni ta’ pajjiżek. Wieħed jista’ jsib ukoll lista kompleta ta’ kuntatti għall-kompetizzjoni li jmiss.

Tista’ tieħu wkoll ideat minn eżempji ta’ kif ġew implimentati l-proġetti fl-ewwel sena tagħhom f’pajjiżi li diġà ħadu sehem, inklużi l-proċedura tal-għażla u l-attivitajiet ta’ promozzjoni (ara l-paġna dwar l-implimentazzjoni). ). It-testi u l-gwida għas-sottomissjoni tas-sejħiet passati huma ppubblikati wkoll biex b’hekk inti tkun tista’ tara saħansitra aktar minn dak li sar fil-passat.

Jekk jogħġbok ftakar li s-sejħa għall-proposti ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea hija mmirata biss għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Jekk inti tirrappreżenta destinazzjoni lokali u tixtieq tikkompeti biex din issir destinazzjoni EDEN, inti għandek tieħu sehem fil-kompetizzjoni nazzjonali.

L-aħħar aġġornament: 08/03/2011 | Fuq