Mogħdija tan-navigazzjoni

Netwerk DEN

Il-proġett EDEN huma mmirat biex joħloq pjattaforma għall-iskambju ta’ prattiċi tajbin fuq livell Ewropew u biex jippromwovi n-netwerking bejn id-destinazzjonijiet rebbieħa tal-premjijiet, biex b’hekk jipperswadi destinazzjonijiet oħrajn ħalli jadottaw huma wkoll mudelli ta’ żvilupp tat-turiżmu sostenibbli.

Il-Kummissjoni stiednet lill-pajjiżi parteċipanti biex jaħdmu fuq il-Pjan ta’ Azzjoni għan-Netwerk tad-destinazzjonijiet EDEN għas-snin li ġejjin. L-iffissar tal-għanijiet u l-objettivi sejjer jgħin biex tinħoloq bażi għall-azzjonijiet li jeħtieġ li jitwettqu fil-ġejjieni.

Membri tan-netwerk

Il-membri oriġinali tan-netwerk huma t-30 destinazzjoni rebbieħa mill-ewwel żewġ edizzjonijiet tal-proġett EDEN. Dawn kienu mistiedna jiffirmaw memorandum ta’ ftehim – l-hekk imsejjaħ “ Dikjarazzjoni fuq Netwerk Ewropew ta’ Destinazzjonijiet ta’ Eċċellenza għat-Turiżmu Sostenibbli pdf - 17 KB [17 KB] English (en) ” – nhar is-7 ta’ Ottubru 2008 waqt il-Jum Ewropew tat-Turiżmu English (en) fi Brussell. Permezz tal-iffirmar tad-Dikjarazzjoni, il-membri ikkommettew ruħhom uffiċjalment li jikkollaboraw ma’ xulxin u li jiggarantixxu skambji ta’ informazzjoni kostanti u għarfien dwar l-iżvilupp tat-turiżmu.

Destinazzjonijiet oħrajn, rebbieħa tal-edizzjonijiet futuri u r-runners-ups tal-proġetti EDEN, li taw prova li jixirqilhom rikonoxximent għall-isforz tagħhom fil-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli matul l-għażliet nazzjonali, sejrin jiġu mistiedna biex jissieħbu fin-netwerk, wara indikazzjonijiet tal-pajjiżi parteċipanti rilevanti.

Ritratti ta’ wħud mill-membri tan-netwerk EDEN waqt li kienu qegħdin jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ Brussell matul il-Jum Ewropew tat-Turiżmu 2008.

Ritratti ta’ wħud mill-membri tan-netwerk EDEN waqt li kienu qegħdin jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ Brussell matul il-Jum Ewropew tat-Turiżmu 2008Ritratti ta’ wħud mill-membri tan-netwerk EDEN waqt li kienu qegħdin jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ Brussell matul il-Jum Ewropew tat-Turiżmu 2008Ritratti ta’ wħud mill-membri tan-netwerk EDEN waqt li kienu qegħdin jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ Brussell matul il-Jum Ewropew tat-Turiżmu 2008Ritratti ta’ wħud mill-membri tan-netwerk EDEN waqt li kienu qegħdin jiffirmaw id-dikjarazzjoni ta’ Brussell matul il-Jum Ewropew tat-Turiżmu 2008

Laqgħat

L-aħħar aġġornament: 21/12/2012 | Fuq