Mogħdija tan-navigazzjoni

2011 – Turiżmu u Riġenerazzjoni ta’ siti fiżiċi

Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati, identifikat it-tema ta’ eċċellenza għall-2011 bħala “It-Turiżmu u r-Riġenerazzjoni ta’ siti fiżiċi”.

It-tiftixa tal-2011 ippremjat lil dawk id-destinazzjonijiet li rriġeneraw sit fiżiku li jagħmel parti mill-wirt lokali tagħhom biex biddluh f’attrazzjoni turistika, sabiex jintuża bħala katalista għar-riġenerazzjoni lokali b’mod aktar wiesa’.

Is-sejħa għall-proposti tnediet mill-Kummissjoni f’Marzu 2011. Il-pajjiżi parteċipanti għażlu d-destinazzjonijiet rebbieħa minn fost id-destinazzjonijiet kandidati, u r-rebbieħa ġew ippremjati b’mod uffiċjali fi Brussell fis-27 ta’ Settembru 2011.

Kull destinazzjoni li ngħatat il-premju rrispettat il-kriterji li ġejjin:

  • il-post għandu jkun “mhux tradizzjonali” (klassifikazzjoni tad-densità ta’ viżitaturi minn “baxxa” sa “baxxa ħafna” meta mqabbla mal-medja nazzjonali)
  • għandu jiġġestixxi l-offerta tat-turiżmu tiegħu stess sabiex jiżgura s-sostenibilità soċjali, kulturali u ambjentali
  • għandu jkun immexxi minn sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ġestjoni tad-destinazzjoni u dawk kollha involuti fit-turiżmu fiż-żona u fl-inħawi tagħha (pereżempju fornituri tas-servizzi tat-turiżmu, komunitajiet lokali). Huma ammessi wkoll partenarjati bejn is-settur pubbliku u dak privat.

Id-destinazzjonijiet rebbieħa ġew ippremjati bħala “Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza 2011 għar-Riġenerazzjoni ta’ Siti Fiżiċi”.

L-ismijiet ta’ kuntatt tal-Uffiċjali Nazzjonali tal-Proġett li amministraw il-kompetizzjoni fil-pajjiżi differenti huma disponibbli fuq Uffiċjal tal-Proġett English (en) .

Jekk tixtieq tieħu idea aħjar dwar is-sejħa u dwar il-proġett, tista’ tara s-sejħa tagħna għall-proposti, li ġiet ppubblikata fuq il-websajt tad-DĠ dwar l-Intrapriża u l-Industrija.

 

L-aħħar aġġornament: 19/06/2013 | Fuq