Mogħdija tan-navigazzjoni

2010 – Turiżmu akwatiku

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Kandidati għażlu t-tema “Turiżmu Akwatiku” bħala t-tema ta’ eċċellenza għas-sena 2010.

It-tiftixa kienet għal dawk id-destinazzjonijiet turistiċi mal-kosta, bil-lagi u qrib ix-xmajjar li jippromwovu approċċi innovattivi għall-offerta tat-turiżmu akwatiku tagħhom b’tali mod li jiżviluppaw ambjent aktar kwalitattiv biex ilaħħqu mal-kwistjoni tal-istaġuni u biex jerġgħu jibbilanċjaw il-flussi tat-turisti mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar famużi u ffullati bin-nies.

Is-sejħa għall-proposti ġiet imnedija mill-Kummissjoni fi Frar 2010. Il-pajjiżi parteċipanti ghażlu destinazzjoni rebbieħa minn fost id-destinazzjonijiet kandidati. Ir-rebbieħa ġew ippremjati uffiċjalment fis-27 ta` Settembru 2010.

Kull destinazzjoni rrispettat l-kriterji ġenerali li ġejjin għall-għoti tal-premjijiet:

  1. tkun destinazzjoni “mhux tradizzjonali” (il-klassifikazzjoni tad-densità tal-viżitaturi minn “baxxa” għal “baxxa ħafna” f’paragun mal-medja nazzjonali)
  2. tkun iddisinjata bħala destinazzjoni turistika kostali, bil-lagi u qrib ix-xmajjar mir-regolamenti reġjonali jew nazzjonali
  3. tiġġestixxi l-offerta turistika tagħha stess b’tali mod li tassigura s-sostenibbiltà soċjali, kulturali u ambjentali tagħha, u fi sħubija bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tad-destinazzjoni u dawk kollha involuti fit-turiżmu ġewwa u madwar iż-żona (eż. dawk li jipprovdu servizzi lit-turisti, komunitajiet lokali)

Id-destinazzjonijiet rebbieħa ġew ippremjati bħala “Id-destinazzjoni EDEN għall-Offerta tat-Turiżmu Sostenibbli Akwatiku tagħha”.

Sejrin jiġu stabbiliti aktar kriterji speċifiċi fuq il-livell tal-pajjiżi parteċipanti sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tad-destinazzjonijiet tagħhom.

L-ismijiet ta’ kuntatt għall-Uffiċjali Nazzjonali tal-Proġetti li jiġġestixxu l-kompetizzjoni fil-pajjiżi differenti huma disponibbli fuq din il-paġna English (en) .

Sabiex tieħu idea aħjar dwar il-proġett il-ġdid, tista’ tagħti titwila lejn is-sejħa għall-proposti tagħna li hija ppubblikata fuq il- websajt tad-DĠ għall-Impriża u l-Industrija.

 

 


Austria
Croatia

Germany

Ireland

Czech Republic

Malta

Slovenia
Slovenija
Italy (EDEN website) 
(National Observatory for Tourism)
L-aħħar aġġornament: 04/04/2012 | Fuq