Mogħdija tan-navigazzjoni

2007 – L-Aqwa Destinazzjonijiet Rurali Emerġenti ta’ Eċċellenza fl-Ewropa

Għall-ewwel premju li qatt ingħata fl-2007, l-Ewropa reġgħet skopriet lilha nnifisha fid-dimensjoni rurali tagħha. It-tiftixa kienet diretta lejn destinazzjonijiet li appoġġjaw l-iżvilupp tat-turiżmu rurali billi approfittaw bl-aħjar mod mill-wirt tagħhom, offrew prodotti ġodda u tejbu l-firxa ta’ viżitaturi tul l-istaġuni.

Għaxar destinazzjonijiet ta’ eċċellenza ngħataw it-titolu “L-Aqwa Destinazzjoni Rurali Emerġenti ta’ Eċċellenza fl-Ewropa”. Fil-proġett ħadu sehem 9 Stati Membri u pajjiż wieħed kandidat. Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet saret fil-Forum tat-Turiżmu Ewropew f’Algarve, il-Portugall, 25-26 ta’ Ottubru 2007.

Ġew żviluppati websajts nazzjonali mmirati biex jippromwovu l-proċess tal-EDEN.

 

Jekk jogħġbok, agħti titwila lill-vidjo taċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-2007.

 

Websajts nazzjonali relatati:


Austria

Cyprus 

Greece

Ireland

Latvia

Malta

Belgium-Wallonie
 
L-aħħar aġġornament: 07/11/2014 | Fuq