Mogħdija tan-navigazzjoni

Apparat terminali tar-radju u telekomunikazzjoni

Ċarġer wieħed għal kulħadd - L-istorja

One charger for all logo © European Union 2008-2011

Huwa stmat li jintużaw mal-500 miljun mowbajl fis-27 Stat Membru tal-UE – u dan in-numru qed jikber kuljum, b'numru impressjonanti ta' tipi u mudelli disponibbli biex wieħed jagħżel minnhom meta jixtri telefown ġdid.

Iċ-ċarġers li nużaw mat-telefowns tagħna ħafna drabi jvarjaw skont il-manifattur u l-mudell, madankollu, bi 30 tip differenti ta' ċarġer li bħalissa jinstabu fis-suq.

Kemm il-darba nsejna ċ-ċarġers tagħna, skoprejna li t-telefown dalwaqt se taqagħlu l-batterija u kellna nitolbu sabiex nisselfu ċarġer mingħand xi ħabib jew kollega li għandu l-istess tip ta' telefown? Minbarra li dan huwa inkonvenjenti ħafna, il-problema li jeżistu tant tipi differenti ta' ċarġers huwa ta' ħsara kbira wkoll għall-ambjent.

Il-problema hi li kull darba li nbiddlu t-telefown tagħna ġeneralment ningħataw ċarġer ġdid, li jwassal għal ammont enormi ta' skart ta' ċarġers mhux meħtieġa. Kważi kull dar għandha kollezzjoni ta' ċarġers qodma – li bħalissa tiġġenera aktar minn 51,000 tunnellata ta' skart elettroniku kull sena fl-UE.

Minħabba li din hija problema serja li taffettwa kemm lill-konsumaturi u lill-ambjent, f'Marzu 2009 il-Kummissjoni tal-UE ħarġet ultimatum lill-industrija tal-mowbajls biex b'mod volontarju tadotta standards komuni għal ċarġers jew inkella tiġi suġġetta għal leġiżlazzjoni obbligatorja tal-UE.

F'Ġunju 2009, il-manifatturi tal-mowbajls ewlenin tal-Ewropa qablu biex jadottaw ċarġer universali għal mowbajls li jirċievu u jibagħtu d-dejta mibjugħa fl-UE. Memorandum ta' Ftehim (MoU) – sal-lum iffirmat minn 14-il manifattur pdf - 6 KB [6 KB] English (en) – jikkommetti li l-industrija tipprovdi l-kompatibbiltà fiċ-ċarġer abbażi tal-konnettur Micro-USB.

Fl-ewwel xhur tal-2011, il-konsumaturi Ewropej ser ikunu jistgħu jixtru ċarġer tal-mowbajl standard għall-mowbajls kollha li jirċievu u jibagħtu d-dejta – inkluż smartphones – li jinbiegħu fis-27 Stat Membru tal-UE.

Għalhekk meta ninsew iċ-ċarġers tagħna, dalwaqt inkunu nistgħu niċċarġjaw il-mowbajls tagħna billi nużaw iċ-ċarġer komuni l-ġdid. Barra minn dan, meta ċ-ċarġers jinbiegħu separatament, ma jkollniex bżonn nixtru ċarġer ġdid ma' kull mowbajl ġdid.

Barra minn dan, peress li n-numru ta' ċarġers ser jitnaqqas, l-impatt ambjentali ser ikun pożittiv. It-tnaqqis fin-numru ta' ċarġers mibjugħa mingħajr bżonn ser inaqqas b'mod sostanzjali l-iskart elettroniku fis-snin li ġejjin.

Aħbarijiet tajba għall-konsumaturi u għall-ambjent.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna