Mogħdija tan-navigazzjoni

Apparat terminali tar-radju u telekomunikazzjoni

Ċarġer wieħed għal kulħadd - Mistoqsijiet?

One charger for all logo © European Union 2008-2011
  1. X'inhi l-kwistjoni? 
  2. X'tista' tkun is-soluzzjoni?
  3. Min se jibbenefika u kif?
  4. X'se jkun l-impatt tal-MoU (Memorandum ta' Qbil) fuq il-prezzijiet?
  5. Il-mowbajls kollha huma koperti bl-MoU?
  6. Liema "interface" komuni huwa l-komuni?
  7. Meta mistennija tidħol fis-seħħ il-proposta?
  8. Liema kumpaniji ffirmaw l-MoU?
  9. Fejn japplika l-MoU?
  10. Kemm idum jiċċarġja l-mowbajl biċ-ċarġers komuni l-ġodda?
  11. X'jaħseb l-MoU dwar il-possibiltà ta' riskji kkawżati mill-użu ta' ċarġers u mowbajls ta' produtturi differenti?
  12. X'inhi r-raġuni li l-MoU jkopri biss il-mowbajls u mhux prodotti oħra bħal ngħidu aħna l-MP3s, il-laptops, eċċ?
  13. X'se jsir miċ-ċarġers il-qodma? Jintremew?
  14. Diġà għandi ċarġer Micro-USB. Inkun nista' nużah biex niċċarġja l-mowbajls kollha b'konnessjoni Micro-USB?
  15. Xi kumpaniji diġà qed jitkellmu dwar mowbajls li m'għandhomx bżonn ċarġer għax jużaw l-enerġija tax-xemx jew raġġi elettriċi/radjo. Allura x'inhi l-ħtieġa għal dawn iċ-ċarġers?
  16. Min fejn jinxtraw dawn iċ-ċarġers komuni? Se jkunu disponibbli fl-Istat Membri kollha minn Jannar 2011?
  17. Dawn iċ-ċarġers il-ġodda se jkunu jiswew bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ċarġers oħra jew se jkunu jiswew aktar?

 X'inhi l-kwistjoni?

In-nuqqas ta' kompatibilità bejn iċ-ċarġers tal-mowbajls hija problema ambjentali ewlenija u inkonvenjent għall-utenti madwar l-Unjoni Ewropea. Attwalment, jinbiegħu ċarġers speċifiċi ma' mowbajls speċifiċi. Utenti li jkunu jixtiequ jibdlu l-mowbajl normalment jakkwistaw ċarġer ġdid u jiskartaw dak li kellhom, anki jekk ikun f'kundizzjoni perfetta. Dan iwassal għal ammont konsiderevoli ta' skart elettroniku.

[Fuq nett]

 X'tista' tkun is-soluzzjoni?

L-armonizzazzjoni taċ-ċarġers tal-mowbajls twassal għal benefiċċji ekonomiċi u ambjentali sinjifikanti. Wara talba mill-Kummissjoni Ewropea u b'kooperazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, il-produtturi ewlenin tal-mowbajls qablu fuq Memorandum ta' Qbil ("MoU") biex jarmonizzaw iċ-ċarġers tal-mowbajls li jipproċessaw id-dejta u li jinbiegħu fl-UE. L-industrija timpenja ruħha li tipprovdi ċarġers kompatibbli abbażi ta' konnettur Micro-USB. Ladarba l-impenn jidħol fis-seħħ, isir possibbli li l-mowbajls li jippreċessaw id-dejta jiġu ċċarġjati b'ċarġer komuni.

[Fuq nett]

 Min se jibbenefika u kif?

Il-konsumaturi ma jkollhomx għalfejn iħallsu għal ċarġer ġdid kull meta jibdlu l-mowbajl, u jistgħu jibbenefikaw minn ċarġers indipendenti orħos u aktar effiċjeni. Il-konsumaturi jkunu jistgħu jiċċarġjaw il-mowbajl miċ-ċarġer komuni l-ġdid.

Il-benefiċċji ambjentali tal-armonizzazzjoni taċ-ċarġers għandhom ikunu importanti: tnaqqis fl-għadd ta' ċarġers mibjugħa bla bżonn għandu jwassal għal tnaqqis fil-ġenerazzjoni ta' skart elettroniku, li bħalissa jammonta għal eluf ta' tunnellati. Iċ-ċarġers komuni mistennija wkoll itejbu l-effiċjenza fl-enerġija biex b'hekk inaqqsu l-konsum tal-elettriku peress li jkunu jaqblu wkoll mal-istandards il-ġodda tal-Ewropa dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

[Fuq nett]

 X'se jkun l-impatt tal-MoU fuq il-prezzijiet?

Il-konsumaturi se jkunu jistgħu jixtru l-mowbajls mingħajr iċ-ċarġer. Dan għandu jnaqqas il-prezz. Se jkunu jistgħu wkoll jixtru ċarġers indipendenti ħafna orħos minn issa. .

[Fuq nett]

 Il-mowbajls kollha koperti bl-MoU?

L-MoU ikopri l-mowbajls li jipproċessaw id-dejta, jiġifieri dawk li għandhom connessjoni tad-dejta (data port) u jistgħu jaqbdu ma' kompjuter. L-MoU jeskludi l-mowbajls li ma jagħmlux skambju tad-dejta u ċerti mowbajls oħra li jkollhom format mhux tas-soltu, pereżempju mowbajls li jintlubsu bħala arloġġi tal-polz. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra li n-nies jibdlu l-mowbajl tagħhom kull xi sentejn u, skont it-tendenzi tas-suq il-mowbajls li jipproċessaw id-dejta dejjem qed jiżdiedu fl-idejn, huwa maħsub li ċ-ċarġer komuni se jkun predominanti sa sentejn oħra, wara li jidħol fl-2011.

[Fuq nett]

 Liema "interface" komuni ġie deċiz li jintuza?

Abbażi tal-interface Micro-USB, il-kumpaniji qablu li jiżviluppaw speċifikazzjoni komuni li tippermetti kompatibilità sħiħa bejn iċ-ċarġers u l-mowbajls. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ġew tradotti fi standards Ewropej.

N.B. Il-qbil jippermetti l-użu ta' adaptor.

[Fuq nett]

 Meta mistennija tidħol fis-seħħ il-proposta?

Huwa mistenni li l-ewwel ġenerazzjoni tal-mowbajls biċ-ċarġer komuni se jasal fis-suq Ewropew kmieni fl-2011, wara l-konklużjoni tax-xogħol ta' standardizzazzjoni. Il-Kummissjoni se taħdem id f'id mal-industrija biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-qbil fis-suq kemm jista' jkun malajr.

[Fuq nett]

 Liema kumpaniji ffirmaw l-MoU?

Dawn l-14-il kumpanija ffirmaw l-MoU: Apple, Emblaze Mobile, Huawei Technologies, LGE, Motorola Mobility, NEC, Nokia, Qualcomm, Research In Motion (RIM), Samsung, Sony Ericsson, TCT Mobile (ALCATEL mobile phones), Texas Instruments u Atmel. Flimkien, dawn id-ditti jirrappreżentaw aktar minn 90% tal-mowbajls mibugħin fl-Ewropa llum.

[Fuq nett]

 Fejn japplika l-MoU?

L-MoU japplika fis-27 Stat Membru tal-UE. Madankollu, peress li s-suq tal-mowbajls huwa globali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi taċ-ċarġers il-ġodda qed jiġu diskussi ma' organizzazzjonijiet internazzjonali ta' standardizzazzjoni oħra biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni taċ-ċarġer komuni Ewropew fis-swieq dinjija. Il-possibilità tal-użu taċ-ċarġer komuni f'partijiet oħra tad-dinja jagħmluh aktar konvenjenti.

 Kemm idum jiċċarġja l-mowbajl biċ-ċarġers komuni l-ġodda?

Il-parti l-kbira tal-mowbajls għandhom jiċċarġjaw f'sagħtejn. Meta jkun hemm batterija kbira u ċarġer żgħir, il-proċess jista' jieħu sa 6 siegħat.

[Fuq nett]

 X'jaħseb l-MoU dwar il-possibiltà ta' riskji kkawżati mill-użu ta' ċarġers u mowbajls ta' produtturi differenti?

L-MoU huwa akkompanjat minn żvilupp ta' standards Ewropej ġodda li jikkunsidraw l-emissjonijiet elettro-manjetiċi u jiżguraw li ċ-ċarġers komuni jkollhom immunità suffiċjenti kontra l-interferenzi esterni. Flimkien mal-applikazzjoni ta' standards attwali skont Direttivi xierqa, dawn għandhom jippermettu l-użu sikur taċ-ċarġers u l-mowbajls il-ġodda.

[Vers le haut]

 X'inhi r-raġuni li l-MoU jkopri biss il-mowbajls u mhux prodotti oħra bħal ngħidu aħna l-MP3s, il-laptops, eċċ?

Huwa mistenni li s-soluzzjoni ta' ċarġing armonizzat li tapplika għal prodotti tal-komunikazzjoni portabbli għandha mnejn tiżviluppa u tkopri aktar u aktar apparat matul iż-żmien. Iżda dan ma jistax isir mill-ewwel. L-ewwel nett, il-mowbajls huma l-akbar grupp ta' dawn il-prodotti li jintużaw minn grupp kbir ta' konsumaturi. It-tieni nett, hemm differenza bejn dawn il-prodotti. Il-laptops, pereżempju, għandhom batteriji ħafna akbar minn apparat li jinżamm fl-id, u l-ħtiġijiet għaċ-ċarġers mhumiex l-istess. It-tielet nett, hemm riskji ta' sikurità differenti li wieħed għandu jikkunsidra.

[Fuq nett]

 X'se jsir miċ-ċarġers il-qodma? Jintremew?

Id-direttiva dwar l-iskart ta' tagħmir elettroniku u elettriku li tippromwovi l-ġbir u r-reċiklaġġ ta' tagħmir elettroniku (Direttiva 2002/96/EC) ilha li daħlet fis-seħħ minn Frar tat-2003. Tipprovdi għall-ħolqien ta' skemi ta' ġbir fejn il-konsumaturi jirritornaw l-iskart elettroniku tagħhom bla ħlas. Madankollu, terz biss tal-iskart elettriku u elettroniku jiġi ttrattat b'mod xieraq fl-Unioni Ewropea.

Għaldaqstant, f'Diċembru 2008 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet reviżjoni fid-direttivi dwar it-tagħmir elettroniku u elettriku: Il-Kummissjoni tipproponi li tilħaq 65% tal-piż medju tal-tagħmir elettroniku u elettriku.

[Fuq nett]

 Diġà għandi ċarġer Micro-USB. Inkun nista' nużah biex niċċarġja l-mowbajls kollha b'konnessjoni Micro-USB?

Xi kumpaniji diġà jipprovdu ċarġers b'konnettur Micro-USB iżda dawk iċ-ċarġers ġew prodotti għal mowbajls speċifiċi u jista' jagħti l-każ li ma jkunux tajbin għal kull tip ta' mowbajl b'konnessjoni Micro-USB.

L-iżvilupp ta' Standards Ewropej (inklużi IEC/EN62684) kien meħtieġ biex jiżgura l-kompatibilità u l-funzjonalità tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' ċarġers Micro-USB. Huma ċ-ċarġers ġodda biss li jikkonformaw mal-Istandards Ewropej il-ġodda li se jiġu kkunsidrati bħala "ċarġer komuni".

[Fuq nett]

 Xi kumpaniji diġà qed jitkellmu dwar mowbajls li m'għandhomx bżonn ċarġer għax jużaw l-enerġija tax-xemx jew raġġi elettriċi/radjo. Allura x'inhi l-ħtieġa għal dawn iċ-ċarġers?

L-MoU huwa bbażat fuq teknoloġija li mistennija tidħol sew fis-suq fis-snin li ġejjin. Madankollu, l-armonizzazzjoni jkollha ssegwi l-innovazzjonijiet teknoloġiċi.

Għalissa m'hemmx faċilità ta' ċarġing effettiv għall-mowbajls mingħajr ċarġer separat. Hemm biss xi ftit mowbajls iżolati li jistgħu jiġu ċċarġjati permezz ta' teknika li taħdem bix-xemx, iżda mhumiex prodott tal-massa u x'aktarx mhux se jsiru daqstant popolari. Bħala medja, fl-UE m'hemmx dawl tax-xemx biżżejjed biex jiċċarġja l-batteriji minn superfiċi relattivament ċkejkna.

[Fuq nett]

 Min fejn jinxtraw dawn iċ-ċarġers komuni? Se jkunu disponibbli fl-Istat Membri kollha minn Jannar 2011?

Huwa importanti nżommu f'rasna li l-introduzzjoni ta' ċarġer komuni se tkun waħda gradwali u tiddependi ħafna fuq l-imġieba tal-konsumatur u r-rata ta' bdil tal-mowbajls il-qodma. Madankollu, ix-xogħol ta' standardizzazzjoni jippermetti li ċ-ċarġer komuni jsir disponibbli fl-ewwel xhur tal-2011 u l-kumpaniji ewlenin tal-mowbajls impenjaw ruħhom li jagħmlu dan. Il-Kummissjoni Ewropea se tkun attenta li dan iseħħ.

Mill-banda l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiddeċiedi dwar l-istrateġiji tal-kumpaniji dwar il-promozzjoni u d-distribuzzjoni, iżda hija moħħha mistrieħ li ċ-ċarġers komuni se jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-metodi regolari ta' promozzjoni fl-2011.

[Fuq nett]

 Dawn iċ-ċarġers il-ġodda se jkunu jiswew bejn wieħed u ieħor l-istess bħal ċarġers oħra jew se jkunu jiswew aktar?

Il-Kummissjoni Ewropea m'għandhiex din l-informazzjoni u ma tistax tindaħal fl-istrateġiji tal-kumpaniji dwar il-prezzjiet. Għall-Kummissjoni Ewropea, il-vantaġġi fil-prezz taċ-ċarġers komuni jiġu mill-possibiltà għall-konsumaturi li jixtru mowbajls mingħajr ċarġer u mill-ekonomiji ta' skala li jirriżultaw mill-istandards komuni.

[Fuq nett]

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna