Mogħdija tan-navigazzjoni

Apparat terminali tar-radju u telekomunikazzjoni

Ċarġer wieħed għal kulħadd - Sir tekniku

One charger for all logo © European Union 2008-2011

Is-soluzzjoni taċ-ċarġer komuni hija bbażata fuq it-teknoloġija tal-konnettur Micro-USB

Il-Memorandum ta’ Ftehim (MoU) ikopri mowbajls li jirċievu u jibagħtu d-dejta, jiġifieri dwak li jistgħu jaqbdu ma’ kompjuter għal skambju ta’ ritratti, fajls, mużika, eċċ.

Il-kumpaniji firmatarji tal-MoU taw id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-armonizzazzjoni tal-kapaċità ta’ ċċarġjar għal mowbajls fl-Anness II tal-MoU English. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet iservu bħala bażi għax-xogħol tal-Organizzazzjonijiet tal-Istandards Ewropej biex dawn jiżguraw il-kompatibilità u l-funzjonament sikur taċ-ċarġer komuni.

L-istandard żviluppat mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSIEnglish) jikkonċerna r-riskji tas-sikurezza u l-emissjonijiet elettro-manjetiċi u jiżgura li ċ-ċarġers komuni jkollhom biżżejjed immunità għal interferenza esterna. L-istandard dwar l-interoperabbiltà żviluppat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENEnglish- CENELECEnglish) jikkonċerna l-interoperabbiltà, jiġifieri li ċ-ċarġer komuni huwa kompatibbli mal-mowbajls li jirċievu u jibagħtu dejta ta’ ditti differenti. Il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IECEnglish) tista’ tadotta dalwaqt l-istandard tas-CENELEC dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà tal-provvista ta’ enerġija esterna komuni (EPS) bħala standard internazzjonali.

Sabiex din il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ċarġers titpoġġa fis-suq, huwa neċessarju li standards Ewropej ġodda jkunu disponibbli u jiġu ppublikati (EN 301489-34English- EN 62684English ). Huwa biss wara dan l-ewwel pass li l-industrija ser tkun tista’ tipproduċi ġenerazzjoni ġdida ta’ ċarġer komuni.

Huwa mistenni li l-manifatturi jkunu jistgħu jintroduċu ċ-ċarġer Micro-USB il-ġdid fis-suq fil-bidu tal-2011, iżda mhuwiex mistenni li jkun disponibbli fil-ħwienet qabel id-data li fiha jiġu ppubblikati l-istandards Ewropej riveduti. Dan għaliex l-industrija trid tadatta ċ-ċarġers tagħha sabiex dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li huma inklużi fl-istandards.

Għandu jkun enfasizzat li huwa biss ċarġer li jikkonforma mal-istandards Ewropej ġodda msemmija hawn fuq li huwa ċarġer komuni li jiżgura funzjonament sikur mit-tipi kollha ta’ mowbajls ġodda li jirċievu u jibagħtu d-dejta.

Jekk jogħġbok irreferi għal manifatturi individwali jekk mowbajls eżistenti b’konnettur Micro-USB hux se jsostnu l-iċċarġjar biċ-ċarġer komuni l-ġdid.

3 types of USB plugs

Different types of USB plugs: left Micro-USB, middle Mini-USB, right Standard.
(© Popova Olga)

 

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna