Mogħdija tan-navigazzjoni

Apparat terminali tar-radju u telekomunikazzjoni

Ċarġer wieħed għal kulħadd - Cool EU!

One charger for all logo © European Union 2008-2011

Nagħmlu l-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini tal-UE

Huwa konvenjenti li jkollok mowbajl – sakemm taqagħlek il-batterija u ma jkollokx iċ-ċarġer miegħek. L-ebda telefonata. L-ebda messaġġ miktub. L-ebda aċċess għad-dejta tiegħek jew il-kuntatti tiegħek. U tibda tfittxija sfrenata għal ċarġer kompatibbli.

Imma din il-problema dalwaqt tkun waħda tal-passat.

Il-Kummissjoni Ewropea pperswadiet lill-manifatturi tal-mowbajls biex jieqfu mill-produzzjoni ta’ ħela u ineffiċjenti ta’ ċarġers differenti għal telefowns differenti. Erbatax-il produttur tat-telefowns ewlenin ftiehmu dwar sistema armonizzata għal telefowns li jistgħu jirċievu u jibagħtu d-dejta li jinbiegħu fl-UE. Ir-riżultat fuq il-karta huwa standards tekniċi ġodda. Ir-riżultat fil-ħwienet – u fil-bwiet u l-basktijiet taċ-ċittadini tal-UE – huwa li dawn it-telefowns kollha jistgħu jiġu ċċarġjati b’sempliċi plagg Micro-USB.

Ir-riżultat għall-ambjent huwa anqas skart tal-elettriku, fejn bħalissa t-total ta’ ċarġers li m’għadhomx jintużaw jilħaq madwar 51,000 tunellata fis-sena.

L-azzjoni tal-UE wettqet il-ħsieb tal-industrija – u għaġġlet proċess li kien idum ħafna snin biex jiġi implimentat minn kumpaniji li jaġixxu b’mod individwali. Barra minn dan, l-UE kisbet dan mingħajr ma kellha tistabbilixxi leġiżlazzjoni ġdida kkumplikata.

Tabilħaqq, dan juri tajjeb wieħed mill-mezzi li bihom l-UE tista’ tgħin liċ-ċittadini tagħha – mhux biss permezz ta’ liġijiet, iżda billi tmexxi ‘l quddiem approċċ ta’ sens komun fuq livell Ewropew li joffri benefiċċji lil kulħadd.

U hemm ukoll il-“fattur wow” potenzjali. Kemm ser ikun ideali li wieħed juża ċarġer wieħed biss għat-tagħmir elettroniku kollu fid-djar tagħna?! Il-Kummissjoni taħseb li, peress li s-suq tal-mowbajls huwa l-akbar suq għal oġġetti elettroniċi tal-konsumatur, tagħmir li għandu kapaċità ta’ batterija simili – bħal kameras u apparat li jdoqq il-mużika – biż-żmien jadottaw iċ-ċarġer il-ġdid.

Il-kompatibilità maċ-ċarġer komuni ser tkompli tikkontribwixxi għall-għanijiet biex il-ħajja ssir aktar faċli għaċ-ċittadini Ewropej, għall-protezzjoni tal-ambjent u għat-tnaqqis tal-ispejjeż meta jinxtara tagħmir elettroniku. Il-Kummissjoni ser tissorvelja mill-qrib dan il-proċess ta’ konverġenza u ser tieħu azzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna