Mogħdija tan-navigazzjoni

Apparat terminali tar-radju u telekomunikazzjoni

Ċarġer wieħed għal kulħadd - Kun aħdar

One charger for all logo © European Union 2008-2011

Ċarġers tal-mowbajl inkompatibbli: ħela ta' riżorsi mingħajr bżonn

Kull sena aktar minn 185 miljun mowbajl jinbiegħu fl-UE, li minnhom aktar minn 50 fil-mija huma sostituzzjoni. Minħabba l-fatt li telefowns ġodda jkollhom ċarġers ġodda jew ikunu inkompatibbli ma' ċarġers qodma, huwa stmat li 50,000 tunnellata ta' ċarġers ma jibqgħux jintużaw kull sena. Stimi oħra jsemmu aktar minn biljun ċarġer li mhumiex użati li jinstabu f'armarji u kxaxen Ewropej.

Hu mistenni li l-benefiċċji ambjentali li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni taċ-ċarġers ikunu konsiderevoli. In-numru ta' ċarġers mibjugħa mingħajr bżonn ser inaqqas l-ammont ta' skart elettroniku assoċjat li jiġi ġenerat. Ċarġer komuni huwa mistenni wkoll li jtejjeb l-effiċjenza tal-enerġija, f'konformità mal-istandards Ewropej Armonizzati l-aktar ġodda, biex b'hekk jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

X'jiġri miċ-ċarġers l-antiki kollha?

Id-Direttiva dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEEEnglish) li tippromwovi l-ġbir u r-riċiklaġġ ta’ tagħmir elettroniku (Direttiva 2002/96/KE) ilha fis-seħħ minn Frar tal-2003. Din tistipula l-ħolqien ta' skemi ta’ kollezzjoni fejn il-konsumaturi jieħdu lura l-iskart elettroniku wżat tagħhom mingħajr ħlas. Madankollu, huwa biss terz mill-iskart tal-elettriku u elettroniku fl-Unjoni Ewropea li jiġi ttrattat kif suppost.

Għalhekk, f'Diċembru 2008 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet reviżjoni tad-Direttiva dwar it-tagħmir tal-elettriku u elettroniku; il-Kummissjoni qed tipproponi li tilħaq 65% tal-piż medju ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna