Mogħdija tan-navigazzjoni

Tagħmir ta' pressjoni u apparat tal-gass

Is-settur industrijali tat-tagħmir ta' pressjoni jkopri firxa wiesgħa ta' prodotti. Minn prodotti tal-konsumatur bħal apparat tat-tifi tan-nar għal pressure cookers sa installazzjonijiet industrijali kbar u kumplessi jew bojlers f'impjanti tal-enerġija. Dispensers aerosol huma koperti wkoll f'din is-sezzjoni.

Is-settur tal-apparat tal-gass jikkonċerna b'mod ewlieni lill-prodotti komuni tal-konsumaturi u kummerċjali li jaħarqu fjuwils gassużi użati għat-tisjir, tisħin, produzzjoni ta' ilma sħun, tkessiħ, dawl u ħasil. Apparat imfassal speċifikament sabiex jintuża fi proċessi industrijali mwettqa fil-bini industrijali huma esklużi.

Il-Kummissjoni Ewropea tippromwovi l-kompetittività globali u sostennibbli ta' dawn is-setturi billi tanalizza l-karatteristiċi u l-isfidi u billi tieħi l-azzjonijiet meħtieġa:

  • biex tiżgura l-moviment sikur u liberu ta' dawn il-prodotti fis-suq intern tal-UE mwessa' permezz tal-ġestjoni, infurzar, semplifikazzjoni u titjib tal-leġiżlazzjoni applikabbli;
  • biex tipparteċipa b'mod attiv f'azzjonijiet biex iżżid l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi, biex tippromwovi konverġenza regolatorja u biex tespandi ġeografikament is-Suq Intern;
  • biex tintervjeni f'politiki relevanti oħrajn (kummerċ, kompetizzjoni, ambjent, saħħa u sigurtà) li għandhom impatt fuq il-kompetittività tas-settur.

Kontenut ewlieni

  • Pressure Equipment Directive (PED) English (en)
  • PED Guidelines Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • PED Materials English (en)
  • Simple Pressure Vessels Directive (SPVD) English (en)
  • Gas Appliances Directive (GAD) English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna