Mogħdija tan-navigazzjoni

Metroloġija legali u ppakkjar minn qabel

L-istrumenti ta' kejl huma essenzjali sabiex tkun żgurata l-eżattezza tal-kejl, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet minn konsumaturi u l-industrija fil-ħajja ta' kuljum: xi eżempji jinkludu l-miters tal-ilma, it-tassimetri, il-miters tad-dawl u magni tal-kejl. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tippromwovi innovazzjoni teknoloġika mgħaġġla u għażla fi proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità.

Fl-2009, il-Kummissjoni Ewropea tat mandat pdf - 782 KB [782 KB] Deutsch (de) English (en) français (fr) lis-CEN, is-CENELEC u l-ETSI fil-qasam tal-istrumenti tal-kejl biex joħolqu standards Ewropej li jippermettu l-interoperabilità fil-miters tas-servizzi (ilma, gass, elettriku, sħana) u mbagħad itejbu l-effikaċja fl-enerġija u jagħtu poter lill-utent.

L-ippakkjar minn qabel jikkonsisti fi prodotti u materjali għall-ippakkjar. Il-kontenut tal-pakketti ppakkjati minn qabel għandu jitkejjel sabiex jiġi kkwantifikat l-ammont ta' prodott li hemm fih. Huwa hawn li l-metroloġija għandha rwol. Din tippermetti lill-produtturi u lill-awtoritajiet sabiex jiċċekkjaw bir-reqqa l-qisien u l-piżijiet tal-prodotti kollha ppakkjati minn qabel bħal deterġenti, ikel għall-annimali domestiċi, ġelati, ikel iffriżat, xorb b'livell alkoħoliku baxx, xorb mhux alkoħoliku, prodotti tat-tindif, żebgħa, xampu, u toothpaste. Għall-inbid u l-alkoħol, l-UE tippreskrivi l-qisien tad-daqsijiet tal-prodotti ppakkjati minn qabel li huma permessi.

L-unitajiet tal-kejl huma essenzjali fil-ħajja ta' kuljum sabiex jiġu żgurati tranżazzjonijiet u jkunu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà.

Kontenut ewlieni

  • Measuring instruments Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Measuring instruments - Guidance documents English (en)
  • Units of measurement Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Reference documents Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Pre-packed products Deutsch (de)English (en)français (fr)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna