Mogħdija tan-navigazzjoni

L-industrija tal-kura tas-saħħa

Konsultazzjoni pubblika dwar il-possibbiltà li tiġi riveduta d-Direttiva 89/105/KEE dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet u r-rimborż tal-mediċini

Qasam/Oqsma Politiċi

Intrapriża

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini u l-partijiet interessati kollha huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet huma partikolarment imfittxija minn awtoritajiet nazzjonali relevanti, operaturi ekonomiċi, professjonisti fil-kura tas-saħħa u organizzazzjonijiet ta' interess pubbliku.

Perjodu ta' Konsultazzjoni

Mit-28.03.2011 sad-30.05.2011

L-għan tal-konsultazzjoni 

Il-Kummissjoni Ewropea qed tibda proċess ta' reviżjoni tad-"Direttiva dwar it-Trasparenza" (89/105/KEE). F'dan il-qafas, qed tfittex l-opinjonijiet ta' partijiet interessati biex tiddeċiedi kif ir-regoli eżistenti tal-UE dwar it-trasparenza tal-proċeduri tal-prezzijiet u r-rimborż tal-mediċini jistgħu jkunu modernizzati.

Għalkemm il-prezzijiet tal-mediċini u l-istatus ta' rimborż tagħhom jiġu deċiżi minn kull Stat Membru, id-Direttiva dwar it-Trasparenza ġiet adottata fl-1989 biex tiffaċilita l-moviment ħieles tal-mediċini fl-Ewropa. Minn mindu daħel fis-seħħ qatt ma ġiet emendata. Madanakollu, is-suq tal-farmaċewtika u l-politiki nazzjonali biex jikkontrollaw l-ispiża fuq il-farmaċewtika inbidlu ħafna f'dawn l-aħħar għoxrin sena.

Din il-konsultazzjoni se tgħin lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi biex tiżgura li d-direttiva tkompli tilħaq l-għanijiet fil-kuntest attwali. Bħalissa, id-Direttiva dwar  it-Trasparenza tapplika biss għall-prodotti mediċinali. Il-konsultazzjoni għandha l-għan ukoll li tevalwa r-relevanza tad-direttiva għas-settur ta' tagħmir mediku.

Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati

Dettalji biex tikkuntattjana

Servizz responsabbliDĠ għall-Intrapriża u l-Industrija: Industriji tal-Ikel u tal-Kura tas-Saħħa, Bijoteknoloġija
E-mailentr-consultation-transpdir@ec.europa.eu
Indirizz postaliEuropean Commission, BREY 10/220, 1049 Brussels, Belgium

Ara l-kontribuzzjonijiet

Ara l-kontribuzzjonijiet English (en)

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

 N/A

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna